Alfred Sant jesprimi dubji fuq il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa

  • Jan 26, 2020 19:00
  • Miktub minn iNews

    L-Ewroparlamentari Alfred Sant ivvota favur mozzjoni fil-Parlament Ewropew rigward il-konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa iżda esprima dubji dwar is-siwi ta-Konferenza.

    Il-Kummissjoni Ewropea hija impenjata li torganizza Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa li tibda fl-2020 bi proposta minquxa fil-linji gwida tal-Kummissjoni Ewropea. Tliet Kummissarji Dubravka Suica, Maros Sefcovic u Vera Jourova se jaħdmu flimkien biex imexxu l-ħidma tal-Kummissjoni fil-konferenza. Il-President tal-Kummissjoni von der Leyen issuġġerixxiet li l-Parlament Ewropew għandu jieħu t-tmexxija u jippresjedi l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa.

    Wara li kien membru tal-Konvenzjoni dwar il-Kostituzzjoni Ewropea fis-snin disgħin, l-eks Prim Ministru Alfred Sant iddikjara li huwa kien ra kif dawn it-tip ta’ konferenzi jistghu jiddibattu ideat u proposti denji iżda possibbilment jitilfu il-kuntatt mar-realtajiet konkreti tal-istati membri li jikkooperaw flimkien.

    "L-ideat teoriċi dwar il-federaliżmu jew il-kuntrarju tiegħu, it-tnejn ipproklamati b'entużjażmu, ikunu fuq quddiem nett. Dokumenti estensivi jkunu addottati imma li jkunu bogħod mill-aspirazzjonijiet ta' kuljum tan-nies. Il-periklu jibqa' li d-diskussjoni dwar il-kompiti li realistikament jistgħu jinkisbu sa għada tkun imfixkla minn dak li bażikament jammonta għal viżjonijiet dwar dak li għandu jsir fix-xahar id-dieħel. Il-kompiti ta' għada huma ttardjati filwaqt li l-viżjoni tax-xahar id-dieħel qatt ma ssirx realtà ", qal Dr Sant. 

    Fost l-oqsma, li jistgħu jisfaw vittma ta' din il-problema hemm l-immigrazzjoni, l-unjoni bankarja, il-progress fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-promozzjoni tal-ugwaljanza reali.

    Dr Sant ikkonkluda lis-spjegazzjoni tal-vot tiegħu lill-Parlament Ewropew billi qal li jittama li dan mhux se jkun id-destin tal-konferenza  dwar il-Futur tal-Ewropa

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0