Olivier Giroud bejn Inter u Barcelona

  • Jan 27, 2020 00:50
  • Miktub minn iNews

    Inter u Barcelona qed ikomplu jinsistu sabiex jiksbu s-servizzi tal-attakkant internazzjonali Franċiż, Olivier Giroud. Iż-żewġ klabbs għandhom bżonn skorer prolifiku ieħor wara li Luis Suarez ta’ Barcelona weġġa’ filwaqt li Inter ma jistgħux jibqgħu b’Romelu Lukaku biss.

    Jidher li diġá hemm ftehim verbali bejn l-attakkant Franċiż ta’ 31 sena u n-Neroazzurri għalkemm għadu xejn m’hemm bil-miktub u għad m’hemm l-ebda firma.

    Giroud irid jilgħab ma’ Inter għalkemm għadu qed jistenna konferma uffiċjali fuq in-negozjati bejn ir-rappreżentant tiegħu u d-direttur sportiv Giuseppe Marotta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0