It-Taliban tgħid li waqqgħet ajruplan militari Amerikan

  • Jan 27, 2020 17:35
  • Miktub minn iNews

    Fi stqarrija maħruġa ftit tal-ħin ilu, it-Taliban qalu li rnexxielhom iwaqqgħu ajruplan militari Amerikan f’territorju li jaqa’ taħt il-kontroll tagħhom fl-Afghanistan.

    “L-ajruplan li twaqqa’ f’Ghazni kien ajruplan militari Amerikan, u rnexxielna nwaqqgħuh,” kienet tgħid l-istqarrija.

    Intant rapporti fil-midja lokali qed jindikaw li ajruplan militari Amerikan iġġarraf u nħakem minn nirien f’territorju kkontrollat mit-Taliban, b’dawk abbord imutu fl-inċident.

    Filmati li kienu ppubblikati juru l-ajruplan maħkum min-nirien, u emblema li tidher li hija simili għal dik użata mill-qawwiet tal-ajru Amerikani.

    Il-qawwiet tas-sigurtà Afghani, timijiet ta’ salvataġġ, u investigaturi, ma setgħux jaċċessaw is-sit fejn iġġarraf l-ajruplan minħabba li l-preżenza ta’ militanti tat-Taliban.

    Min-naħa l-oħra l-Gvernatur ta’ Ghazni, Wahidullah Kalimzai, f’kummenti mal-midja kkonferma li kienu rkupraw l-iġsma taż-żewġ bdoti, filwaqt li kkonferma wkoll li l-ajruplan kien barrani.

    Id-Dipartiment Amerikan għad-Difiża għadu ma ppubblika l-ebda kumment uffiċjali fir-rigward tal-inċident.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0