Bosto opinjonisti jistaqsu dwar l-iskemi ta’ Maurizio Sarri ....

  • Jan 28, 2020 00:59
  • Miktub minn iNews

    Bosta opinjonisti tal-football Taljan sostnew li l-famuż “tridente” li pprova jilgħab il-coach ta’ Juventus fl-attakk xejn ma rnexxa aktar u aktar wara li huma tilfu l-isfida prinċipali kontra Napoli bl-iskor ta’ 2-1.

    Fil-fatt l-ex coach ta’ Napoli lagħab din il-partita bi tliet attakkanti PauloDybala, Gonzalo Higuain u Cristiano Ronaldo, sabiex jipprova jara kif imorru flimkien f’dan id-dipartiment.

    Il-mossa xejn ma ħalliet l-effett mixtieq hekk kif Higuain kien ineżistenti, b’Dybala li pprova jagħmel ftit pressjoni lid-difensuri iżda ftit irnexxa f’dak li għamel.

    Mill-banda l-oħra l-attakkant Cristiano Ronaldo kellu wirja tajba u rnexxielu jiskorja l-goal ta’ konsolazzjoni lejn l-aħħar minuti tal-logħba.

    L-istess segwaċi sportivi qalu li din il-mossa mhux ser terġa’  tiġi applikata minn Sarri sabiex wieħed bejn Higuain u Dybala jkollu jibda fuq il-bank tas-sostituti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0