"Ir-riforma fil-PN tmur lil hin mill-isem" - Louis Galea

  • Jan 28, 2020 10:39
  • Miktub minn iNews

    L-eks ministru Nazzjonalista Louis Galea irreaġixxa għat-tħassib li esprimew diversi persuni, l-aktar partitarji Nazzjonalisti, dwar il-proposta tiegħu li l-isem tal-PN jinbidel għal Partit Nazzjonali tal-Poplu biex sostna li r-riforma li qed jipproponi tmur lilhin mill-isem.

    “Ir-rapporti li dehru f'xi ġurnali in konnessjoni ma' xi modifika fl-isem tal-PN bl-ebda mod ma jirriflettu s-sustanza ta' dak li qed jiġi propost u diskuss fil-partit”.

    L-Avukat Galea irrimarka kif huwa ovvju li r-riforma meħtieġa fil-PN hija ħafna aktar mill-bidla tal-isem u rrimarka li jekk il-proposti tiegħu jiġu aċċettati u implimentati tajjeb “jagħtu ħajja ġdida lill-partit”.

    Waqt li spjega kif wara numru ta' laqgħat li kellu mal-membri parlamentari huwa ħa' diversi suġġerimenti u ipproponihom lill-partit, Dr Galea semma kif issa dawn iridu jgħaddu minn diversi organi tal-partit biex jiġi deċiż jekk jidħlu jew le.

    “Ir-riforma u t-tiġdid tal-PN huma urġenti u fl-interess sew tal-partit u wisq aktar tal-pajjiż”, żied l-eks-deputat Nazzjonalista li tqabbad mill-istess parti biex jirriformah wara l-aħħar telfiet elettorali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0