Min kienu d-disa' vittmi tal-inċident li fih tilef ħajtu l-leġġenda tal-basketball Kobe Bryant?

  • Jan 28, 2020 11:10
  • Miktub minn iNews

    Fl-inċident li fih tilef ħajtu Kobe Bryant kien hemm tmien vittmi oħra. Minbarra l-leġġenda tal-basketball u bintu ta’ 13-il sena Gianna Maria, fuq l-istess ħelikopter kien hemm żewġt iħbieb tagħha, Alyssa Altobelli flimkien mal-ġenituri tagħha u Payton Chester flimkien ma’ ommha. Minbarra dawn kien hemm ukoll l-assistent kowċ tat-tim tat-tfajliet u l-pilota.

    Il-vittmi:

    -Kobe Bryant; Bryant kellu 41 sena u lagħab il-karriera mifruxa fuq perjodu ta’ 20 sena mat-tim ta’ Los Angeles Lakers. Huwa rtira fl-2016 u tul dan il-perjodu rebaħ il-kampjonat NBA għal ħames darbiet.

    -Gianna Maria; bint il-leġġenda tal-basketball Kobe li twieldet fl-2006. Kellha 13-il sena u kienet qiegħda tissemma bħala tfajla li kellha tkompli tagħmel isem tajjeb lill-familja tagħha f’dan l-isport. Barra minn hekk kienet l-unika tifla mill-erba’ ta’ Bryant li wriet il-passjoni għal dan l-isport.

    John Altobelli; kowċ tal-basketball Taljan. Fl-età ta’ 56 sena jibqa’ mfakkar għall-ħidma tiegħu fit-tim ta’ Orange Coast College li kien ilu jikkowċja għal 27 staġun. Huwa tilef ħajtu flimkien ma’ martu Keri u bintu Alyssa. Sfortunatament ħallew jibku t-telfa tagħhom liż-żewġ uliedhom l-oħra Alexis u JJ.

    Keri Altobelli; Mart John u omm Alyssa.

    Alyssa Altobelli;  Bint John u Keri. Kienet tifforma parti mill-istess tim ta’ Gianna Maria fil-Mamba Sports Academy.

    Christina Mauser; Kellha 38 sena u kienet assistent kowċ tal-istess sports u ħadmet ukoll fl-istess akkademja li waqqaf Bryant lura fl-2018. Hi ħalliet jibki t-telfa tagħha lil żewġha u lit-tliet uliedhom.

    Sarah Chester; Omm Payton Chester, tfajla oħra vittma ta’ dan l-inċident. Kienet waħda mill-ġirien ta’ Bryant f’Orange County.

    Payton Chester; Tfajla oħra li kienet tifforma parti mit-tim ta’ Gianna Maria, magħrufa bħala “Pay Pay”.

    Ara Zobayan; Kellu 50 sena u kienet wieħed mill-piloti tal-Island Express Helicopters.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0