[FILMAT] “In-negozjanti qed jittamaw fil-Prim Ministru l-ġdid” - Marcel Mizzi

  • Jan 28, 2020 12:41
  • Miktub minn iNews

    L-istħarriġ tal-Malta Chamber of SMEs li sar fost 300 negozjant sar bejn id-9 u l-24 ta’ dan ix-xahar. Minnu rriżulta li kien hemm 41% li qalu li fl-2019 kellhom aktar bejgħ, 33% qalu li kellhom anqas u 26% li kellhom telf meta kkumparat mas-sena ta' qabel. 

    Dan kien ifisser li kien hemm tnaqqis f’dawk li qalu li kellhom sena aħjar meta kkumparat mas-sena ta’ qabel. Dan hekk hekk kif f’2018 kien hemm 51% li qalu li kellhom aktar bejgħ meta kkumparat mas-sena preċedenti filwaqt li dawk li raw il-bejgħ li naqas żdiedu minn 17% għal 33%.

    Għall-mistoqsija ta’ x’wassal għaż-żieda fil-bejgħ, 24% semmew l-introduzzjoni ta’ prodotti ġodda mentri l-aktar raġuni li wasslet għal nuqqas fil-bejgħ kien dak ta’ 21% minħabba instabbilità politika fl-aħħar xahar tas-sena.

    Issemma wkoll l-Black Friday fejn 53% qalu li kellhom inqas bejgħ milli stennew u 8% biss qalu li marru aħjar milli stennew. 39% qalu li f'dan il-perjodu kellhom stabbilità fil-bejgħ.

    Din il-konferenza kienet indirizzata mill-Viċi President Marcel Mizzi, fil-preżenza tal-President Paul Abela, tac-CEO Abigail Mamo u Philip Fenech bħala Deputat President.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0