[AĠĠORNATA] “Tali allegazzjonijiet huma kompletament bla bażi” - L-Uffiċju tal-President jikkjarifika

  • Jan 28, 2020 13:20
  • Miktub minn iNews

    Fi stqarrija maħruġa fl-aħħar ħin intqal li b’referenza għall-istqarrija maħruġa mill-Voice for Choice, illum, 28 ta’ Jannar 2020, l-Uffiċċju tal-President irid jagħmilha ċara li kuntrarju għal dak li ġie rrappurtat b’intenzjonijiet mhux ċari, il-President qatt ma kien parteċipi ma’ ebda grupp, lemini jew xellugi, li kien kontra d-drittijiet ċivili bħad-divorzju, l-IVF u l-LGBTIQ. Tali allegazzjonijiet huma kompletament bla bażi. 

    L-Uffiċċju tal-President tenna jgħid li l-President qatt ma sab diffikultà li jkun ċar dwar x’jaħseb fuq id-dritt għall-ħajja. Din il-pożizzjoni hi magħrufa u mhix se tinbidel. "L-allegazzjonijiet ta’ Voice for Choice huma żbaljati għax l-Uffiċċju tal-President ma ftiehemx li jagħmel xi manifestazzjoni pubblika dwar dan is-suġġett."

    L-istqarrija temmet tgħid li kull mhu maqbul mal-Uffiċċju tal-President hu li, nhar il-Ħadd 2 ta’ Frar 2020, il-President jattendi għal quddiesa favur il-ħajja, kif għamlu Presidenti ta’ qablu, sena wara sena. Wara l-quddiesa, hu ppjanat li titkompla l-attività fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann.

    Qabel: “Insult tad-drittijiet ċivili u l-ugwaljanza f’pajjiżna” - Iddiżappuntati li l-President se jindirizza manifest kontra l-abort

    Id-Doctors for Choice esprimew diżappunt għad-deċiżjoni tal-President ta’ Malta, George Vella, li jindirizza manifest kontra l-abort li mistenni jsir fit-2 ta’ Frar, fil-Belt Valletta. Din l-organizzazzjoni saħqet li b’azzjoni bħal din il-President qiegħed jingħaqad ma’ individwi u organizzazzjonijiet li kienu u għadhom kontra għadd ta’ drittijiet ċivili li nkisbu wara ħidma intensiva fosthom id-divorzju, id-dritt tar-riproduzzjoni assistita bl-IVF, l-aċċess għall-kontraċettivi, kif ukoll id-drittijiet tal-persuni LGBTIQ.

    “Inħeġġu lill-Eċċellenza Tiegħu u l-Uffiċċju tal-President biex jikkonsidraw is-sentimenti taċ-ċittadini kollha Maltin li f’dawn l-aħħar snin ibbenefikaw minn drittijiet ċivili u ugwaljanza. Nitolbu li żżommu ‘l bogħod minn dawn l-ideoloġiji u organizzazzjonijiet,” saħqu d-Doctors for Choice.

    Mingħajr ma daħlu fil-mertu tal-kwistjoni tal-abort, id-Doctors for Choice qalu li l-indirizz tal-President Vella f’dan l-avveniment se jagħti prominenza u jilleġittima lill-organizzazzjonijiet assoċjati ma’ ideoloġiji tal-lemin estrem.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0