Il-Freeport ordnat jagħti €18,240 lil ħaddiem li weġġa'

  • Jan 28, 2020 15:02
  • Miktub minn iNews

    Ħaddiem li weġġa' waqt li kien qed jaħdem fil-Freeport se jingħata kumpens ta' €18,240 wara li mħallef żamm lill-imsemmija korporazzjoni responsabbli tal-inċident.

    George Spiteri fetaħ il-kawża fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-istess Freeport u l-Awtorita Marittima b'rabta mal-inċident li kien seħħ fil-15 ta' Lulju 2008.

    Spiteri kien jaħdem bħala ħaddiem tax-xatt u dak il-ħin tal-inċident kien qed iħott xi kontejners.

    Huwa saq it-trakk quddiem lifter u baqa' fil-kabina sabiex jimmanuvra t-trakk.

    Il-kontejner inqabad mal-lifter u ntrefa imma għal raġuni mhux magħrufa l-inqala minn mal-lifter u nstabat lura għal fuq il-karru tal-istess trakk.

    Bl-iskoss li ħa Spiteri sofra diversi ġrieħi f'għonqu u s-sinsla ta' dahru u dam ix-xhur qabel ma rritorna għax-xogħol.

    L-Imħallef Toni Abela, li sema l-kawża, irrimarka kif mill-provi li tressqu quddiemu rriżulta li l-Freeport ma tefa' ebda dawl fuq x'irriżulta meta l-lifter ġie eżaminat u għalhekk żammu responsabbli tal-inċident.

    Meta ġie biex jaħdem il-kumpens huwa qies li Spiteri kellu 58 sena meta seħħ l-inċident u li sofra diżabilita permanenti ta' 4% biex ordna lill-Freeport jagħtih l-imsemmi kumpens.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0