Sewwieq ta' mutur isofri ġrieħi gravi f'inċident li kien il-kaġun ta' inċident ieħor

  • Jan 29, 2020 07:47
  • Miktub minn iNews

    Sewwieq ta’ mutur Sirjan sofra ġrieħi ta’ natura gravi wara li kien involut f’ħabta fil-Gżira, liema inċident spiċċa biex ikkawża inċident sussegwenti. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.15 p.m. fi Triq Mikien Anton Vassali fid-direzzjoni lejn San Ġiljan.

    Jirriżulta li l-ħabta kienet tinvolvi vettura tal-għamla Volvo XC40, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 63 sena residenti Santa Venera, u mutur tal-għamla Honda CB500XA, li kien qed jinstaq mis-Sirjan ta’ 24 sena residenti San Ġwann.

    Kawża ta’ dan l-inċident, raġel ta’ 36 sena residenti San Ġwann tilef il-kontrol tal-mutur li kien qed isuq tal-għamla Honda NV400CP, tilef il-kontroll uwaqa’ minħabba li ma rax il-mutur l-ieħor fl-art.

    Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna, bir-raġel Sirjan jittieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn aktar tard kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

    Fuq il-post assistew ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li naddfu ż-żejt li nxtered fit-triq.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0