“Il-Partit Nazzjonalista sar qisu almanakk” … Franco Debono jikkritika l-politika ta' “stennija” tal-PN

  • Jan 29, 2020 08:56
  • Miktub minn iNews

    “Il-Partit Nazzjonalista sar qisu almanakk.” Hekk saħaq l-eks- Deputat Nazzjonalista, l-Avukat Franco Debono, f’kumment li għamel fuq il-midja soċjali li fih ikkritika l-mod kif il-Partit Nazzjonalista qed jaġixxi fl-isfera politika lokali.

    Debono għamel referenza għall-“buzzword” li kienet tintuża mill-PN qabel l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew tas-sena li għaddiet, meta f’ċirkostanzi ovvji ta’ rebħa kbira għall-Partit Laburista fuq livell Ewropew, il-PN kien jipproġetta l-għanijiet politiċi tiegħu għal “wara Mejju”.

    Żied jgħid li “kważi għaddiet sena u ovvjament, kif kont prevedejt, ma nbidel xejn. Issa nibtet buzzword ġdid … ‘wara Marzu’ u ovvjament mhu se jinbidel xejn.”

    Debono staqsa “x’se jkun qed jiġri wara Marzu? … Dawn il-buzzwords intiżi proprju biex kulħadd jistenna u jibqa’ ma jinbidel xejn!”

    Huwa emfasizza li l-PN ibiddel din l-attitudni u “li hemm bżonn isir irid isir issa. Mhux siegħad oħra. Mhux il-ġimgħa d-dieħla.” 

    “Min jgħix bit-tama jmut bil-piena,” temm jgħid Debono.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook