Il-bejgħ tan-negozji fl-2019 imtappan mill-“kriżi politika”

  • Jan 29, 2020 10:11
  • Miktub minn iNews

    41% tan-negozji jgħidu li fl-2019 marru aħjar mill-2018; fost dawk li marru agħar l-iktar raġuni komuni s-sitwazzjoni politika…

    Stħarriġ li l-Malta Chamber of SMEs għamlet fost 300 negozju jikkonkludi li għalkemm b'mod ġenerali l-2019 kienet sena tajba f'dak li hu bejgħ din ma laħqitx l-andament tas-sena preċedenti u kienet affettwata mill-instabilità politika li ikkaratterizzat Diċembru li għadda.

    Mill-istħarriġ ta' dik li sa ftit ilu kienet magħrufa bħala l-GRTU jirriżulta li 41% tan-negozju qalu li fl-2019 kellhom iktar bejgħ mis-sena preċedenti, 26% l-istess mentri 33% sostnew li l-bejgħ mar lura.

    Meta mqabbel mal-istudju preċedenti dan juri li n-negozji li marru aħjar naqsu b'10%, mill-51% li kienu rappurtati li marru aħjar fis-sena ta' qabel, waqt li dawk li naqsilhom il-bejgħ żdiedu fuq is-17% tal-istħarriġ ta' qabel.

    Meta n-negozji li marru aħjar ġew mistoqsija x'wassal biex biegħu aktar l-ikbar parti, 24%, semmew servizzi jew prodotti ġodda segwiti minn 19% li qalu li kellhom żieda fil-konsum jew għax żdiedet il-popolazzjoni.

    Min-naħa ta' dawk li l-bejgħ naqsilhom 21% identifikaw l-instabilità politika segwiti minn 14% li lmentaw minn żieda fil-kompetizzjoni kemm lokali kif ukoll barranija.

    Fir-rigward tal-qliegħ kienu 27% li qalu li marru aħjar meta fis-sena ta' qabel kienu 32% li wieġbu hekk waqt li 38% sostnew li l-qligħ naqsilhom meta fl-istħarriġ ta' qabel kienu 22% li raw tnaqqis fil-profitt.

    Għall-mistoqsija x'wassal biex kellhom aktar qliegħ 34% semmew aktar dħul mentri fost dawk li irrappurtaw tnaqqis fil-profitt 20% indikaw żieda fl-ispejjeż.

    Il-perjodu tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena ra 5% jgħidu li kienu sodisfatti bl-andament tal-bejgħ segwiti minn 42% li kienu sodisfatti, 21% li kienu diżappuntati u 15% qalu li kienu diżappuntati ħafna.

    Dan meta fl-istudju preċedenti kienu 9% li qalu li kienu sodisfatti ħafna, 34% sodisfatti, 16% diżappuntati u 5% li kienu ħarġu diżappuntati bil-bejgħ fl-istaġun tal-festi.

    L-istħarriġ sab ukoll li l-iktar raġuni li affettwat b'mod pożittiv il-bejgħ fil-perjodu tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena kienu l-offerti u r-reklamar bi 17% mentri fost dawk li marru ħażin 26% semmew l-instabilita politika.

    L-aħjar jiem fejn jidħol il-bejgħ kienu l-24 ta' Diċembru u d-29 ta' Diċembru li kien Black Friday għalkemm kienu biss 8% li qalu li fil-Black Friday marru aħjar mis-sena ta' qabel waqt li 53% wieġbu li marru agħar milli stennew.

    Mistoqsijin għaliex marru kif marru fil-Black Friday l-ikbar ammont, 31%, irreferew għas-sitwazzjoni politika.

    Dwar is-sales matul ix-xahar ta' Jannar kienu 4% biss li qalu li dan kien aħjar milli mistenni mentri 38% sostnew li marru agħar milli stennew.

    In-negozji kienu mistoqsijin ukoll dwar l-aspettattivi tagħhom għal din is-sena b'37% jemmnu li se tkun aħjar u 24% agħar.

    Mil-lat ta' pjanijiet għal din is-sena 25% irrimarkaw li qed jistennew li jespandu n-negozju segwiti minn 15% li qed jaħsbu biex iħarrġu aktar l-istaff li għandhom.

    L-istudju sab ukoll li l-ikbar sfida li qed jistennew għal din is-sena hija ż-żieda fl-ispejjeż bi 13% jindikaw dan bħala l-ikbar problema.

    Diskriminazzjoni minn negozjanti Taljani

    Marcel Mizzi, Viċi President tal-Malta Chamber of SMEs, stqarr fi tmiem il-preżentazzjoni tal-istħarriġ li se jilmentaw mal-Gvern dwar diskriminazzjoni minn negozji Taljani li qed jiġu joffru servizzi f'Malta u mhux iħallsu t-taxxi dovuti f'pajjiżna jew f'pajjiżhom.

    L-għaqda li tirrappreżenta negozji ta' daqs żgħir u medju tinsab irrabjata għall-fatt li restoranti lokali qed iħallsu aktar minn dawk Taljani b'impatt negattiv fuq il-bejgħ.

    Min-naħa tiegħu l-President tal-Malta Chamber of SMEs Paul Abela sostna li fl-istess waqt huma innutaw kif matul is-snin in-negozjanti lokali kienu kapaċi jadattaw għall-isfidi tant li minkejja li kien hawn min bassar li l-'grocers' kienu se jagħlqu minħabba n-numru ta' supermarkets, inkluż barranin, li fetħu r-realta uriet li dawn żdiedu.

    Abigail Mamo, Kap Eżekuttiv tal-Malta Chamber of SMEs, ukoll irrimarkat kif l-istħarriġ juri li għalkemm in-negozju mar tajjeb ma kienx tal-livell tal-2018 u fost ir-raġunijiet kien hemm l-instabilita politika li ikkaratterizzat lil pajjiżna fil-perjodu li fih sar l-istudju.

    Preżenti wkoll għat-tħabbira dwar l-andament tan-negozju matul is-sena li għaddiet kien hemm id-Deputat President tal-GRTU Philip Fenech.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook