BirdLife twissi b'kawża fil-Qorti jekk il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri jibqa' responsabbli mill-Wild Birds Regulation Unit

  • Jan 29, 2020 12:15
  • Miktub minn iNews

    Bird Life (Malta) qed twissi lill-Prim Ministru li lesta tiftaħlu kawża fil-Qorti jekk ma jreġġax lura d-deċiżjoni li jkun il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri responsabbli mill-Wild Birds Regulation Unit (WBRU) meta qabel kienet taqa' taħt il-ministru responsabbli mill-ambjent.

    Permezz tal-Avukat Philip Manduca hija ippreżentat protest ġudizzjarju fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-istess Prim Ministru u Ministru għal Għawdex kif ukoll kontra l-Ministru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia fejn qed tinsisti li d-deċiżjoni titreġġa.

    Il-Bird Life hija kontra din id-deċiżjoni għar-raġuni ewlenija li Camilleri huwa kaċċatur u nassab u temmen li huwa se jaġevola lill-kaċċaturi u nassaba bħalu mentri qed tgħid ukoll li huwa ma jkun jista' jiffirma avviżi legali u jkollu jagħmel dan għalih il-ministru responsabbli mill-ambjent.

    Il-President tal-Bird Life Malta Darryl Grima lmenta li bl-għażla ta' Camilleri bħala l-Ministru għal Għawdex li taħtu jaqa l-infurzar tal-liġijiet relatati mal-kaċċa toħloq tħassib li din il-gżira tista' tispiċċa 'free for all' fejn jidħol infurzar tar-regoli tal-kaċċa u semma wkoll kif diġ l-pulizija tal-ALE ma jagħmlux spezzjonijiet Għawdex.

    Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Bird Life Malta Mark Sultana nsista li l-Prim Ministru m'għandux jieħu ħsieb biss il-madwar 10,000 kaċċatur u nassab fil-pajjiż imma l-poplu kollu u waqt li semma kif il-kaċċaturi għandhom tmien xhur minn 12 fejn jistgħu jipprattikaw id-delizzju tagħhom dan għandu jinżel għal sitt xhur jekk verament irridu bilanċ bejn il-kaċċa u l-ambjent.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook