Il-prezz tal-laħam jogħla wara n-nirien fl-Awstralja

  • Fra 09, 2020 20:43
  • Miktub minn iNews

    In-nirien li ħakmu l-Awstralja fil-ġimgħat li għaddew mhux biss ħasdu l-ħajja ta’ numru ta’ persuni u miljuni ta’ annimali iżda niżżlu għarkubbtejha l-industrija agrikola li kienet ilha ssofri snin ta’ nixfa. Dan wassal biex il-prezzijiet tal-laħam għolew għal livelli bla precedent. 

    L-Awstralja hija l-akbar esportatur ta’ laħam tal-ħaruf u tan-nagħaġ. Madwar 30% tan-nagħaġ fl-Awstralja jinstabu f’reġjuni li ntlaqtu b’xi mod min-nirien. Aktar minn hekk, il-qrida fissret ukoll it-telf ta’ miljuni ta’ ettari ta’ qamħ u ikel ieħor li jintema lill-annimali.

    Skont Mintec, kumpanija li tanalizza data dwar kumditajiet, il-fatt li wara din id-disgrazzja bosta produtturi mistennija jużaw l-annimali tagħhom għat-tgħammir, bl-għan li jerġgħu jkabbru l-popolazzjoni, minflok joqtluhom għal-laħam, se jkompli jpoġġi pressjoni fuq il-prezz tal-laħam għall-bqija tal-2020.

    Filwaqt li l-Awstralja tesporta primarjament lejn l-Ażja, jekk dan il-kontinent idur fuq New Zealand – li normalment ibiegħ lejn l-Ewropa – biex jixtri l-ħaruf, dan imbagħad iħalli impatt fuq il-kontinent tagħna, bl-ewwel impatt dirett fuq il-prezzijiet ikun mistenni għal żmien l-Għid, perjodu ta’ konsum tradizzjonalment għoli.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0