Ħames suldati Torok jinqatlu u ħamsa oħrajn jindarbu f'attakk mill-qawwiet Sirjani

  • Fra 10, 2020 16:39
  • Miktub minn iNews

    Ħames suldati Torok mietu, filwaqt li ħamsa oħrajn sfaw midurib, f’attakk li l-qawwiet Sirjani għamlu fuq impostazzjoni militari fiż-żona ta’ Taftanaz fit-Tramuntana tas-Sirja.

    Il-Gvern Tork kien bagħat numru ta’ truppi fir-reġjun ta’ Idlib – fejn seħħ l-attakk – bil-għan li jwaqqaf l-avvanzi mill-qawwiet Sirjani.

    Uffiċjali Torok f’kummenti lill-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters qalu li l-qawwiet torok kienu qed jirritaljaw kontra dan l-aħħar attakk.

    L-offensiva tal-qawwiet Sirjani f’Idlib, wasslet biex aktar minn nofs miljun persuna jaħarbu minn djarhom lejn il-fruntiera tat-Turkija. Intant il-midja Sirjana kkwotat lil uffiċjal Sirjan jgħid li l-qawwiet Sirjani kienu attakkaw il-bażi militari f’Taftanaz, b’xhieda jisħqu li ħelikopters torok dehru jittajru biex jevakwaw lill-midrubin.

    Intant it-Turkija, li diġà tilqa’ lil madwar 3.6 miljun refuġjat Sirjan, qed tisħaq tassorbi aktar refuġjati u talbet lil Damasku biex tirtira minn Idlib. F’każ li dan ma jseħħx it-Turkija qed twissi b’azzjoni militari.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0