Offensiva mill-milizji mmexxija mill-Ġeneral Khalifa Haftar fuq tliet fronti strategiċi

  • Fra 10, 2020 17:22
  • Miktub minn iNews

    Minkejja l-qbil ta' waqfien mill-ġlied li ġie mħabbar f'Berlin ftit tal-jiem ilu, fil-jiem ta' bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd kien hemm offensiva mill-milizji mmexxija mill-Ġeneral Khalifa Haftar fuq tliet fronti strategiċi:

    1. Al-Quwayah, Nofsinhar ta' Garabulli.
    2. Qasr Bin Ghashir, Nofsinhar ta' Tripoli
    3. Al-Khallatat, Nofsinhar ta' Tripoli

    Dawn l-attakki ġew miġġielda b'suċċess mill-forzi tal-Gvern Libjan li huwa rikonoxxut Internazzjonalment.

    Iżda din l-offensiva ħalliet riperkussjonijiet immedjati hekk kif mijiet ta' immigranti irnexxielhom jaħarbu mill-Punent tal-Libja, partikularment minn Garbulli u Zawja.

    Dan wassal biex il-bieraħ ġew irreġistrati diversi talbiet għal-għajnuna fosthom lil Malta u l-Italja sabiex jintervjenu f'missjonijiet ta' salvataġġ.

    Sorsi qrib Tripli kkonfermaw li ċ-ċentri tad-detenzjoni tagħhom huma mimlija, u għaldaqstant ma kienux ser iwieġbu għal ebda sejħa ta' salvataġġ.

    Dawn l-attakki u oħrajn simili se jkomplu jżidu il-problema tal-immigrazzjoni irregolari hekk kif eluf ta' immigranti mistennija jagħmlu minn kollox biex jaħarbu dawn l-offensivi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0