Mill-anqas seba' vittmi fl-Ewropa kawża tal-maltempata Ciara

  • Fra 11, 2020 15:38
  • Miktub minn iNews

    Mill-anqas seba’ persuni mietu madwar l-Ewropa kawża tal- maltempata Ciara li wasslet għas-sospenzjoni tas-servizzi tat-trasport u mijiet ta’ eluf mingħajr provista tal-elettriku.

    -Irjieħ b’saħħithom fil-Polonja qalaw is-saqaf ta’ ħanut li jikri l-affarijiet relatati mal-iskii. F’dan l-inċident mietu omm u żewġt uliedha. Il-missier safa midrub.

    -Raġel miet wara li d-dgħajsa li kien fuqha nqalbet fl-Isvezja. Persuna oħra li kien abbord għadu qiegħed jiġi mfittex.

    -Tnejn oħra mietu fil-karozzi tagħhom; wieħed fil-Ġermanja u l-ieħor fis-Slovenja.

    -Raġel Brittaniku miet il-Ħadd wara li waqgħet siġra fuq il-karozza tiegħu.

    Il-gżira ta’ Korsika rrekordjat rjieħ b’saħħa ta’ 220 Kilometru fis-siegħa u dan hekk kif kompliet nieżla xita bil-qliel li kkawża għargħar f’żoni fil-kontinent.

    Kawża ta’ din il-maltempata kienu affettwati diversi titjiriet minn u lejn Malta u dwar dan offra tagħrif anke dan is-sit fil-pubblikazzjoni ta’ stqarrijiet maħruġa mill-linja tal-ajru Nazzjonali l-Air Malta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0