Delia riesaq lejn l-aħħar?

  • Fra 13, 2020 08:10
  • Miktub minn iNews

    Il-jiem ta' Adrian Delia bħala Kap tal-PN jidhru li waslu fl-aħħar tagħhom b'sorsi fi ħdan il-partit jgħidu lil dan is-sit kif il-ħatriet biex jimtlew tliet karigi imporanti se jiddeterminaw jibqax jew le.

    Matul il-ġimgħat li għaddiet il-PN sofra r-riżenja ta' Robert Arrigo minn Viċi Kap, ta' Kristy Debono minn President tal-Kunsill Ġenerali u ta' Clyde Puli minn Segretarju Ġenerali.

    Waqt il-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tat-Tlieta filgħaxija ġie deċiż li Francis Zammit Dimech jieħu post Puli bħala Segretarju Ġenerali interim sakemm tinħatar persuna uffiċjali.

    Il-Kumitat Eżekuttiv mistenni jerġa' jiltaqa' is-Sibt li ġej fejn l-eks-ministru u deputat Nazzjonalista Louis Galea għandu jressaq il-proposti tiegħu biex il-partit jiġi riformat.

    Fost oħrajn huwa mistenni jressaq 'il quddiem l-idea li ma jkunux it-tesserati li jagħżlu lill-kap tal-partit, kif kien il-każ fil-ħatra ta' Delia, u li jinbidel isem il-partit.

    L-istess sorsi fi ħdan il-PN qalulna li dawk li jopponu lil Delia jridu li l-elezzjonijiet għat-tliet karigi msemmija jsiru qabel ir-riforma ħalli jkollhom iċ-ċans li jlaħħqu persuni li huma kontrih u b'hekk idgħajfu s-saħħa tiegħu għalkemm nies favur Delia jinsabu determinati li joħorġu nies minn tagħhom ħalli jsaħħu l-pożizzjoni tal-kap.

    Kemm-il darba dawk kontra Delia jilħqu l-għan tagħhom u jeleġġu l-uffiċjali li jridu l-ħabel m'għonq Delia jkun issikkat aktar u allura l-ħajja politika tiegħu jaf tiġi fi tmiemha ħesrem hekk kif huwa ilu jmexxi lill-partit minn Settembru 2017.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0