Jitressaq il-Qorti fuq akkużi dwar vjolenza domestika … mixli li għen biex jinħeba katavru ta’ mara li nqatlet

  • Fra 13, 2020 09:50
  • Miktub minn iNews

    Raġel li qed jiġi mixli li għen biex jinħeba katavru ta’ mara li nqatlet, reġa’ tressaq il-Qorti u nżamm arrestat fuq akkużi ta’ vjolenza domestika. 

    Kristijan Zekic, magħruf ukoll bħala Adamjohn Niasov, ġie mixli li kkawża lis-sieħba tiegħu biża’ li se tintuża vjolenza kontriha, li kellu arma tan-nar mingħajr liċenzja u kiser xejn inqas minn ħames digrieti ta’ ħelsien mill-arrest. Huwa ġie arrestat fl-10 ta’ Frar fl-appartament tiegħu f’San Pawl il-Baħar. 

    Wieħed mir-reati ta’ Zekic li għalih jinsab fuq il-ħelsien mill-arrest huwa talli allegatament għen biex jinħeba l-katavru ta’ Eleanor Mangion Walker fl-2016. 

    Quddiem il-Maġistrat Victor Axiaq, l-imputat Zekic wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u saret talba għall-ħelsien mill-arrest tiegħu, bil-Prosekuzzjoni toġġezzjona minħabba li qalet li dan kien każ serju ħafna u li l-allegata vittma kellha dritt li tagħti x-xhieda tagħha l-ewwel.

    “Barra minn hekk, l-imputat kien akkużat ukoll f’ħames okkażjonijiet differenti li fihom ingħata wkoll il-ħelsien mill-arrest,” qal l-Ispettur Godwin Scerri. 

    Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Victor Axiaq, wara li semgħet is-sottomissjonijiet dwar il-ħelsien mill-arrest, ċaħdet it-talba tad-Difiża peress li kellha “riservi serji” dwar l-affidabbiltà tal-imputat. Il-Maġistrat Axiaq ħeġġeġ lill-Prosekuzzjoni biex tressaq ix-xhieda ċivili kollha fis-seduta li jmiss.

    L-Avukat Ezekiel Psaila deher għal Zekic.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0