Theuma jgħid li Fenech darba qallu li ddispjaċieh għal dak li ġara lil DCG

  • Fra 13, 2020 10:30
  • Miktub minn iNews

    Dalgħodu mistennija tkompli l-kumpilazzjoni kontra Yorgen Fenech l-akkużat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-Qorti mistennija tkompli tisma’ r-recordings li ppreżenta Melvin Theuma. 

    Agħmel refresh tal-paġna biex issegwi l-aħħar aġġornamenti mill-Qorti.

    1:40 p.m: 

    Is-seduta li ġie sospiża għall-20 ta' dan ix-xahar. Il-Qorti ordnat li d-dokument u t-traskrizzjoni imsemmija, isiru mill-ġdid, kif ukoll id-dokumenti l-oħra li ġew traskritti.

    Il-Qorti ordnat wkoll li jkun hemm persuna maħtur mill-Qorti li jissorvelja t-traskrizzjoni, u jassigura li dawn isiru b'mod korrett.

    1:30 p.m: Mistoqsi jekk Yorgen qattx wera xi sens ta' rimors jew dispjaċir fuq dak li ġara, Theuma qallu li iva. "Darba qalli, wara li seħħ kollox, li kieku kont naf kemm ġej kollox bil-kbira hekk, ma kontx nagħmilha."

    Azzopardi kien sejjer jippreżenta tliet ritratti biex jagħtihom lil Theuma biex jindika s-sewwieq ta' Schembri, pero hawnhekk il-Qorti m'aċċettatx, u saħqet li dawn għandhom jittellgħu minn xhud fid-depożizzjoni tiegħu. 

    Theuma kellu konverzazzjoni ma' Yorgen. Yorgen qal li fit-tfittxija tal-arrest taħt it-tinda tal-patata fil-Marsa, fejn ġew arrestati l-aħwa Degiorgio, instabu mobile phones fil-baħar. Wieħed minn dawn il-mobiles, skont dak li qal lil Yorgen lil Melvin, kien hemm in-numru tal-Ministru Cardona biss.

    Sospiża l-mistoqsijiet mill-parte ċivilie, jmiss issa jerġa' l-Ispettur Arnaud. 

    Misoqsi minn Arnaud għal darba oħra jekk sarux recordings min-naħa ta' Theuma ta' diskors tiegħu ma Yorgen, wara li dan tal-aħħar sar jaf li rrekordjah f'laqgħa preċedenti, Melvin wieġeb li iva. "Pero nisħaq li f'dawn ir-recordings, Yorgen qatt ma kien jaf li iien qiegħed jiġi rrekordjat."

    Depożizzjoni tax-xhud sospiża. Theuma jinżel.

    1:15 p.m: Fir-recording ta' Yorgen ma' Melvin saħaq li jappoġġjaw lil DCG wara mewtha, kien hemm biss "tlett elef indannati." Yorgen u Melvin ddiskutew ukoll il-protesti fit-toroq li bdew isejħu tas-Soċjeta Ċivili, pero apparti daw in-nies, il-protesta u s-sentiment ta' DCG "kienet waħda ta' abbandun."

    1:00 p.m:  Skont Theuma, huwa fehem li l-Maksar kien qiegħed jagħmel pressjoni, għaliex kien se jinkixef il-fatt li kienu wara l-ħidma tal-bomba.

    Issema' wkoll f'diskors id-delitt li sar fuq Jonathan Pace, tat-Tyson Butcher, li allegatament qatlu Vince Muscat il-Koħħu. F'konversazzjoni il kien hemm bejn Theuma u Yorgen, meta ġew biex jiddiskutu l-involviment ta' Vince Muscat.

    12:35 p.m: Keith qal lil Yorgen li Owen Bonnici ddiskutua u tkellem fuq il-proklama lil Yorgen.

    Il-Qorti ssaqsi lil Melvin Theuma: "Meta inti ma kontx tifhmu lil Yorgen Fenech, ma kontx ssaqsih?" Theuma jwieġeb li "LE."

    12:25 p.m: Fenech jingħata l-permess biex javviċina lill-avukat tiegħu biex isegwi t-traskrizzjoni.

    Keith Schembri kien qiegħed iċempel lil Yorgen ta' kuljum, għax qiegħed jinkwieta għal Yorgen billi jaslu għalih meta jaslu għal Theuma.

    12:20 p.m: Allegatament Yorgen u Keith kienu qegħdin jitkellmu flimkien anke fit-3:00 a.m. Hawnhekk, ix-xhud qiegħed jiġi rrapurtat mill-Qorti li "qiegħed jgħid ċertu affarijiet bl-amment, pero ċertu affarijiet ma jiftakarx."

    Ċanfira oħra mill-Qorti "Qiegħed inwissik, ma tistax ma tiftakarx meta huwa konvenjent għalik. jekk qiegħed tissoponi, tissoponi xejn. Il-Qorti ħa tfakkrek; Jew ħa tgħid il-verita, jew inkella ser tikser l-kundizzjonijeit tiegħek."

    12:10 p.m: "Tar-recording ħadtha bi kbira, jiddispjaċini." Yorgen saħaq li huwa ddispjaċieh li Theuma rrekordjah. Mistoqsi fuq kif sar jaf li kien qiegħed jiġi rrekordjat, Yorgen wieġeb li kien Johann Cremona li qallu.

    "Jiena bdejt inħossni li wara li ħsibt li beda jammetti l-Koħħu, Yorgen kien beda jittradini, ħsibt li seta jaħseb joqtolni jew jeħles minni. Minkejja li Yorgen sar jaf li rrekordjah Theuma, dan tal-aħħar xorta baqa jħoss li jirrekordjah. Theuma kkonferma li Yorgen ma kienx jaf li qiegħed isir dan ir-recording, għaliex il-mobile kien ġol-but." Jien lil Yorgen għidtlu li r-recording kont lest li nagħtihulu jien. Pero nammetti xorta li ma kontx ħa nagħtihulu, anke jekk isaqsini." 

    Theuma qiegħed jikkonferma li Schembri kien mgħarraf minn Yorgen fuq dak li ġara. Yorgen qal li kien ħa jċempel lil Silvio Valletta, DC tal-Pulizija. Yorgen stess jgħid: "Anke jien qiegħed nibża'."

    11:50 a.m: Imiss lil Jason Azzopardi biex jagħmel id-domandi.

    Jissemma' wkoll Johann Cremona, uffiċjal fi ħdan l-OPM. Theuma saħaq li ma kienx min-naħa tiegħu li Johann sar jaf bil-komplott tad-delitt, iżda li Cremona sar jaf wara li d-delitt seħħ b'min kien il-mandant u l-moħħ.

    Theuma reġa' kkonferma li t-tliet akkużati, magħrufin bħala ċ-Ċiniż, l-Fulu u l-Koħħu, ma kinux jafu min huwa l-mandat (i.e. Yorgen Fenech), iżda li kienu kkomunikaw ma' Theuma biss.

    Theuma jammetti, "Sakemm isem Yorgen ma ħariġx fuq l-aħbarijiet, huma qatt ma kienu jafu isem Yorgen."

    "Lil Yorgen Fenech ma jafuhx, jafu ismi, u propjament jafuh l-aħwa Degiorgio. Pero jiena qatt ma kkomunikajt mal-Koħħu fuq id-delitt," kompla Theuma.

    Id-difiża qiegħda toġġezzjona għat-talba tax-xhud. "Ix-xhud qiegħed jiftakar fuq id-dettall tad-diskors, pero ma jiftakarx fuq id-data u l-post fejn seħħet il-konversazzjoni. Ix-xhud qiegħed jiftakar, jew jeħodha mill-kuntest tad-diskors?"

    11:40 a.m: "Ried li jirranġa l-pledge, biex joħroġ bil-pledge." THuema saħaq li jekk kienu joħorġu t-tliet akkużati bil-pedge, "jien kont sejjer naqta' l-problemi kollha, foshtom li se jikxfuni, u li ser jikxfu l-flus."

    Yorgen dejjem qalli li Keith "ma jistax jirranġalna. Skontu , qalli li mar ikellmu (lil Keith) kemm-il darba, iżda huwa ma setax jirranġa xejn."

    Mistoqsi għal darba oħra minn Arnaud fuq konversazzjoni twila li jgħid Yorgen, fejn hemm referenza għal persuni Owen, Spettur Keth Arnaud, u Chris Cardona.

    "Ħa nqabbad lil xi ħadd ieħor biex ma jidhirx hu. Xħin ħa jitkellem, ħa jgħidlu le Cardona. Baqa jċempilli."

    Melvin wieġeb li ma jiftakarxfuq mn kien qiegħed jitkelem.

    Theuma wieġeb li din il-konversazzjoni kienet fuq il-proklama mitluba mill-Koħħu. Huwa qal ukoll li r-referenza għar-raġel tal-bagalja kien għalih. Skont Theuma, Yorgen kellu dettalji fuq dak li ntqal fil-laqgħa tal-kabinett, u d-diskors bejn l-eks PM Joseph Muscat, il-Minstri Chris Cardona u Owen Bonniċi, waqt d-diskussjoni tal-proklama għal Vince Muscat il-Koħħu.

    Skont Yurgen, meta il-Koħħu qatt ma tahom dettalji, il-Prim Ministru ma kienx konvint, u allegatament skont Yorgen qal hekk: "Jew se jagħtina 100%, jew inkella xejn."

    Mhux mifhum minn fejn Yorgen kien mgħarraf b'din il-konversazzjoni ġewwa l-laqgħa tal-Kabinett.

    11:30 a.m:  "Ħa naraw x'jgħid Keith, u nimxu minn hemm. Keith ħa jgħidli kif qalli qabel; issa ngħinek."

    Theuma jinstema' jitlob lil Yurgen: "Aħseb x' nista' ngħidilhom." Probabbli b'referenza għat-tliet akkużati, avolja din tiġi ċċarata fix-xhieda ta' Theuma.

    L-Ispetturi Proskeuturi u l-Avukati Parte ċivile jerġgħu jagħmlu appell għal traskrizzjoni ġdida tal-intervista. 

    Mistenni issa li Theuma jiġi mistoqsi mill-Ispettur Arnaud relatat mar-recording. Mistoqsija d-data tal-konversazzjoni, Thuema saħaq li ma jiftakarx d-data, jew inkella l-post.

    Theuma saħaq li kien qiegħed jitħaddet fuq il-bail mogħti lill-aħwa Degirigio. "Kien hemm il-Koħħu qed jikxef, imma jiena emmint li dan ma kienx qiegħed iseħħ, għax mal-Koħħu qatt ma tkellimt."

    Arnaud jistaqsi lil Theuma. Inti għidt: "Kien hemm dawk iż-żewp ċaqliqiet. Riedu jagħtuna 50,000 deheb." Theuma iwieġeb: Wara l-ewwel €30,000 li talbuni, u jiena mort għandu Yorgen, Mario qalli li l-aħwa Degiorgio għandhom bżonn tletin elf fuqhom."

    Theuma jisħaq: "Jiena intih id-debeh, u nissellef fuqhom bħala garanzija. Jiena għidt lil Yurgen li gġidt lil Mario (ħu l-aħwa Degiorgio) li ma jistax jibqa' sejjer hekk, ma jistax jibqa' jitlob iktar flus."

    Theuma sostna li Yorgen ammetta li Keith Bagħat lil Kenneth Camilleri għax ħbieb u għax kien jidħol fin-nar għalih.

    11:05 a.m: Ix-xhud jgħid li ma kienx qiegħed jisma' r-recording sew, il-Qorti kienet mgħarrfa li l-volum huwa l-massimu.

    Melvin jinstema' aġitat u inkwetat fuq ir-recording, isaqsi lill Yorgen jekk kienx hemm ċaqliq (probabilment min-naħa tal-pulizija). Yorgen wieġeb li sa fejn jaf hu, le.

    10:50 a.m: Jinstemgħu żewġ vuċijiet fir-recording, Theuma jammetta li huma l-vuċijiet tiegħu u ta' Fenech. Jagħmlu referenza għal VInce Muscat il-Koħħu. Fir-recording, Melvin jsemmi wkoll isem ta' Keith. Theuma jikkonferma fil-Qorti li dan huwa Keith Schembri.

    Tinqala' diskussjoni fuq it-traskrizzjonijiet, hekk kif kemm il-prosekuzzjoni, id-dfiża, il-parte civile u l-Qorti qegħdin jinnutaw numru ta' żbalji u korrezzjonijiet fit-traskrizzjonijiet. Fosthom, diskors miktub li ntqal minn Theuma li l-Ispettur Arnaud saħaq li jinstema' Fenech, u viċi-versa.

    Il-Qorti, filwaqt li saħqet li t-traskrizzjonijiet għandhom bżonn jerġgħu jsiru, il-Qorti se tkompli tisma' r-recordings u x-xhud jista' jiddentifika l-partijeiit tiegħu.

    10:40 a.m: Tielgħa jixhed issa Melvin Theuma, l-allegat middleman bejn Fenech u t-tlett irġiel (l-aħwa Degiorgio, u Vince Muscat) li wettqu d-delitt.

    Id-difiża qalgħet il-punt li l-proskeuzzjoni qiegħda tħalli lix-xhud jagħti l-interpretazzjoni personali tiegħu fuq dak ir-recording. "L-interpretazzjoni ta' Theuma tinkonfliġġi bil-qawwi ma dak li qegħdin nisimgħu."

    Il-Maġistrat Montebello saħqet li r-recording għandu jitkompla, biex tifhem eżatt min qiegħed jitkellem u l-fatti li ġraw.

    10:30 a.m:  L-Ispettur Keith Arnaud qiegħed imexxi l-prosekuzzjoni. L-avukati Matthew Brincat u Kathleen Calleja Grima qegħdin jassitu lil Theuma; l-avukati Gianluca Caruana Curran u Marion Camilleri jassistu lill-akkużat Fenech, filwaqt li Jason Azzopardi qiegħed jidher għall-familja tal-vittma.

    Is-seduta ġiet sospiża għal ftit minuti sakemm ġiet fl-awla tal-Qorti il-persuna li għamlet traskrizzjoni tal-istqarrijiet lill-Pulizija. It-traskrizzjonijiet qegħdin jiġu esebiti quddiem il-Qorti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0