Minn għada se jibda jitqassam ċekk ta bejn €15 u €35 f'bonus addizzjonali lill-familji

  • Fra 13, 2020 13:23
  • Miktub minn iNews

    Minn għada sas-17 ta’ Frar, aktar minn 180,000 familja f’pajjiżna se jirċievu ċekk ta’ bonus addizzjonali ta’ darba. Dan permezz ta’ miżura tal-Gvern ta’ €5.3 miljun.

    Dan il-bonus addizzjonali ta’ darba se jingħata lill-familji biex jagħmel tajjeb għal xi żidiet fi prodotti li kien hemm u li setgħu ma ġewx riflessi fl-indiċi sa Settembru biex tiġi kkalkulata ż-żieda għall-għoli tal-ħajja, il-COLA.

    Kull familja b’persuna waħda se tirċievi ċekk ta’ €15, filwaqt li familji b’aktar minn persuna waħda se jirċievu ċekk ta’ €35. Anzjani li jgħixu waħedhom se jingħataw €15, u dawk li huma fil-kumpanija ta’ xi ħaddieħor se jieħdu €35. Dan iċ-ċekk huwa separat miż-żieda ta’ €7 fil-ġimgħa fil-pensjonijiet.

    Il-Ministru tal-Finanzi, il-Professur Edward Scicluna ħabbar dan waqt li spjega li biex wasal għal dan l-ammont, li huwa apparti l-COLA, il-Gvern analizza l-konsum tal-familji fuq dawn il-prodotti bħall-ħobz u l-ħalib, biex wasal għal kumpens. Iċ-ċekk se jasal fuq isem min jidher fid-database tal-ARMS bħalma jaslu l-kontijiet. 

    Kull min ma jirċivix iċ-ċekk fil-ħin jista’ jċempel fuq in-numru 153.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0