Il-GWU f’laqgħa mas-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi

  • Fra 13, 2020 16:54
  • Miktub minn iNews

    Delegazzjoni tal-General Workers’ Union ilbieraħ iltaqgħet mas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi fejn ġew diskussi diversi temi fosthom l-aspett soċjali, il-Fondi Ewropej, l-innovazzjoni u l-importanza tat-taħriġ. 

    Id-delegazzjoni tal-GWU għal din il-laqgħa, li saret fil-Workers Memorial Building kienet immexxija mis-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja u d-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri. Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll is-Segretarju tat-Taqsima GWU Gvern u Entitajiet Pubbliċi Kendrick Bondin.

    Fil-kummenti tiegħu ta’ introduzzjoni, Bugeja qal li l-GWU bħala organizzazzjoni trid tinbidel u qiegħda tinbidel billi m’għadhiex teżisti l-metodoloġija ta’ konfrontazzjoni iżda llum il-ġurnata l-GWU hija “sħab soċjali kemm fuq livell nazzjonali u anke azjendali.”

    Huwa nnota kif filwaqt li l-GWU żammet l-aspett tradizzjonali tagħha, kemm-il darba intervjeniet anke fuq l-aspett soċjali fosthom permezz tal-prinċipju tal-ħlas ugwali għal xogħol tal-istess valur. Qal ukoll li jeħtieġ aktar kreattivi u nnovattivi fil-mod kif nagħmlu self-policing.

    Waqt li qal li l-GWU tenfasizza ħafna fuq il-bżonn ta’ taħriġ, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja tenna wkoll li l-unjin għadha ssib diversi ostakli b’mod partikolari fejn jidħlu l-aċċess għall-fondi. 

    Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi sostna li bħala Gvern irridu nħarsu iżjed lejn li nissensibilizzaw lin-nies għat-taħriġ. Fl-istess waqt enfasizza wkoll dwar il-bżonn li ninċentivaw u naħtfu aktar l-opportunitajiet ġodda li għandna llum il-ġurnata.

    Is-Segretarju Parlamentari Zrinzo Azzopardi tenna li l-unjins illum, u l-GWU qiegħda tevolvi f’dik id-direzzjoni, għandhom ikollhom aktar preżenza bħala membru attiv tas-soċjetà ċivili, li jpoġġu ‘l quddiem numru ta’ kwistjoni inkluż dawk soċjali u iżjed minn hekk li wieħed ikun il-mutur ta' innovazzjoni, lin-nies infissrulhom aħjar l-innovazzjoni li qegħda ssir kif ukoll kif kulħadd ikun imħejji aħjar fid-dinja tax-xogħol għat-tibdil li qed iseħħ.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0