Inawgurata shooting range tal-airgun tal-10 metri f’Tigné Point

  • Fra 13, 2020 17:13
  • Miktub minn iNews

    Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima inawgura proġett ta’ shooting range tal-ogħla livell bl-isem ta’ ‘Lawrence Darmanin Airgun Range’. Din ir-range, li qiegħda fil-bini tal-Assoċjazzjoni ta’ Kollezzjonisti ta’ Armi Maltin u Tiraturi (AMACS) f’Tigné Point, Tas-Sliema, qed toffri post lil dawk it-tiraturi tal-airguns tal-10 metri.

    Fuq is-sit is-Segretarju Parlamentari seta’ jara l-faċilitajiet eċċellenti għall-isport u t-taħriġ li ħoloq dan l-investiment. Din ir-range hi mibnija fuq l-istandards tal-ISSF (International Shooting Sport Federation) u tinkludi sistema ta’ targets li jirreġistraw r-riżultati u tassisti lit-tiraturi fit-titjib tal-punteġġi tagħhom.

    Fid-diskors tiegħu s-Segretarju Parlamentari Clifton Gtima qal li t-titjib fl-infrastruttura huwa pass kruċjali u f’konformità assoluta mal-pjan tal-gvern li jlesti lil Malta għall-futur. Hu semma kif, fl-isport tal-isparar, l-atleti Maltin huma ta’ livell internazzjonali u ħaqqhom infrastruttura ta’ livell internazzjonali.

    Is-Segretarju Parlamentari qal li pajjiżna ma jridx jikkuntenta ruħu biss bil-parteċipazzjoni imma jimmira għas-suċċess. Huwa sostna li l-Gvern se jkompli jinvesti fl-infrastruttura u fi strategiji ċari biex jinkisbu riżultati ta’ kalibru internazzjonali, mhux darba fil, imma b’mod regolari.

    Din ir-range ġiet imsemmija għall-mibki Lawrence Darmanin, eks membru u tiratur veteran tat-‘target’, magħruf sew fil-komunità tal-isport tal-isparar għad-dedikazzjoni bla waqfien tiegħu biex jgħin lill-atleti Maltin.

    Dan il-proġett kien immexxi mill-Membri tal-Kumitat tal-istess assoċjazzjoni Cedrik Dalli u Harold Farrugia b’għajnuna finanzjarja mill-membri kif ukoll fondi mill-Fondi tal-Kawżi Tajba.

    Ir-range tinsab fl-istess sala fejn tinsab l-AMACS meta twaqqfet 35 sena ilu u fejn issa jinsabu l-uffiċċji u l-faċilitajiet rikreattivi tagħha. Is-sala tifforma parti mill-Blokk tat-Torri tal-Arloġġ li storikament serva bħala ċ-ċentru ta’ rikreazzjoni għall-kwartieri militari fi żmien l-Ingliżi.

    L-AMACS hija magħmula minn tnax-il klabb u hi membru fundatur tal-Federazzjoni tal-Kollezzjonisti tal-Armi u tat-Tiraturi (FACTS) li jirrappreżenta l-forom kollha ta’ sparar klassiku u dinamiku kif ukoll il-ġbir ta’ armi tan-nar storiċi.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0