Id-Divizjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni tħabbar riforma fis-settur tal-lattrini pubbliċi

  • Fra 13, 2020 17:44
  • Miktub minn iNews

    Waqt żjara li għamlu lill-ħaddiema u lit-tmexxija tad-Divizjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni, il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli u s-Segretaru Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika Deo Debattista rrikonoxxew ix-xogħol li qed isir minn din id-diviżjoni li tħaddem mal-590 impjegat. 

    Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli faħħret ix-xogħol li qed tagħmel id-diviżjoni u spjegat kif minkejja l-isfidi li ssib quddiemha, sar avvanz kbir fosthom fejn jidħol it-tindif ta’ bajjiet u żoni turistiċi. Qalet iżda li fadal ħafna iżjed progress xi jsir u dan irid jibda minn livell lokali permezz ta’ kampanji edukattivi. Il-Ministru Farrugia Portelli saħqet ukoll dwar l-importanza li filwaqt li jkompli jitqajjem għarfien dwar l-indafa jeħtieġ li jiżdied l-infurzar madwar il-pajjiż kollu. Hija ħabbret proġett pilota fis-settur tal-lattrini pubbliċi.

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika Deo Debattista spjega kif id-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni se tkun qed tinvesti f’kampanji edukattivi sabiex inkomplu nedukaw lill-poplu, bl-iskop li l-iskart illegali dejjem jonqos. Huwa żied jgħid li l-problema tal-indafa mhijiex ġejja minn mentalità ħażina biss. “Wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni l-popolazzjoni densa ta’ pajjiżna. Id-domanda għas-servizzi ta’ din id-diviżjoni żdiedet drastikament dan minħabba ż-żieda fil-popolazzjoni, l-ammont kbir ta’ turisti li jżuru pajjiżna u l-avvanz kbir fl-ekonomija tal-pajjiż li kollha jwasslu għall-iktar konsum li sussegwentament iwassal għall-iktar skart”. Deo Debattista tkellem fuq investiment li se jsir f’apparat ġdid, eco-friendly, li ser iwassal sabiex is-servizzi offruti minn din id-diviżjoni, fosthom it-tneħħija ta’ graffiti, jkomplu jingħataw fl-iqsar ħin possibbli. 

    Min-naħa tiegħu, id-direttur ġenerali tad-diviżjoni għat-tindif u l-manutenzjoni s-Sur Ramon Deguara qal li r-riforma li se ssir fis-settur tal-lattrini pubbliċi se tibda l-ewwel bi proġett pilota biex ikun żgurat l-aħjar servizz possibbli. Huwa qal ukoll li minbarra din ir-riforma kommess li tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn id-diviżjoni u l-awtoritajiet ikkonċernati biex problemi komuni jkunu jistgħu jissolvew immedjatament. Is-Sur Deguara sostna wkoll dwar il-ħtieġa li tingħata iktar għajnuna lill-kunsilli lokali kkonċernati u tiżdied il-frekwenza ta’ tindif fiż-żoni turistiċi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0