€23,910,646 f’tax credits mill-‘Get Qualified Scheme’

  • Fra 13, 2020 18:20
  • Miktub minn iNews

    Kien hemm total ta’ 9,364 benefiċjarju li bejniethom ingħataw €23,910,646 f’tax credits bejn l-2013 u l-2019 mill-inizjattiva ‘Get Qualified Scheme’ tal-Malta Enterprise, amministrata mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol permezz tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet.

    L-inizjattiva tappoġġja l-iżvilupp personali ta’ individwi għall-kisba ta’ ħiliet u kwalifiki u ċertifikazzjonijiet meħtieġa mill-industrija.

    Bejn il-perjodu msemmi kien hemm żieda sostanzjali ta’ individwi li gawdew minn din l-iskema meta mqabbel mas-snin preċedenti dawk bejn l-2006 u l-2012, perjodu li matulu kien hemm 3,710 benefiċjarju li bejniethom ingħataw tax credits ta’ €11,535,124.

    Dan l-inċentiv huwa applikabbli għal individwi wara kors ta’ studji li jwassal għal korsijiet ta’ ċertifikazzjoni, diploma, grad jew post-gradwat. Mat-tlestija b’suċċess tal-kors, l-istudent jibbenefika minn kreditu ta’ taxxa biex jirkupraw parti mill-ispejjeż li jsiru.

    “Din hija skema li tgħin lill-istudenti tagħna fl-aktar mument importanti ta’ ħajjithom, meta jkunu għaddejjin bl-istudji, biex mhux biss itejbu l-edukazzjoni tagħhom, imma wkoll meta jkunu f’mument li qed jagħżlu l-karriera tagħhom u qed jistinkaw biex iġibu l-kwalifikazzjonijiet meħtieġa. Aħna se nkomplu għaddejjin billi nsaħħu l-iskemi u l-inċentivi li hemm f’dawn iż-żewġ setturi tant importanti biex fl-aħħar mill-aħħar kull settur tas-soċjetà tagħna jibbenefika minnhom għall-avvanz ta’ kull wieħed u waħda minnha”, stqarr il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici.

    “Fl-isfond tas-suċċess ekonomiku ta’ pajjiżna huwa kruċjali għalhekk li nibqgħu ninvestu fir-riżorsa umana tagħna u nsostnu l-ħiliet tal-ħaddiema tagħna. Suċċessi ta’ skemi bħal dawn juru biċ-ċar kif qed iservu ta’ għodod utli biex studenti jibqgħu jsegwu l-istudji tagħhom b’għajnuna finanzjarja li ttaffilhom il-piżijiet. Għalhekk bħala gvern se nibqgħu nsaħħu skemi eżistenti u fejn meħtieġ nintroduċu oħrajn ġodda sabiex noħolqu opportunitajiet kemm mill-aspett edukattiv kif ukoll impjiegi ta’ kwalità”, qal il-Ministru ghall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Silvio Schembri.

    Permezz ta’ din l-iskema, l-istudenti li jkunu qed isegwu korsijiet approvati mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, jingħataw kreditu ta’ taxxa fuq ħlasijiet li jsiru lil Università, istituzzjoni jew entità oħra għal taħriġ u wkoll servizzi ta’ edukazzjoni li jwasslu għall-kwalifikazzjoni approvata, u wkoll għal ħlasijiet li jsiru għal eżamijiet li jwasslu għal kwalifikazzjoni approvata.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0