''Irridu niġġieldu kull tip ta’ vjolenza b’kull mezz'' - Il-Ministru Edward Zammit Lewis

  • Fra 13, 2020 20:30
  • Miktub minn iNews

    Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi  Byron Camilleri, u s-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rosianne Cutajar iltaqgħu għal darba oħra mal-Kummissjoni għall-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika flimkien mal-għaqdiet tad-drittijiet tal-mara.

    Il-Ministru Edward Zammit Lewis saħaq li għalkemm mill-2013 sar ħafna xogħol, fadal ħafna xi jsir. Il-Ministru Zammit Lewis tenna l-impenn tiegħu li ser isiru r-riformi meħtieġa sabiex tiżdied l-effiċċjenza fil-qrati u ssir ġustizzja għaliex iċ-ċittadin hekk jixraqlu. Żied li rridu niġġieldu kull tip ta’ vjolenza b’kull mezz għaliex dan il-Gvern huwa impenjat li jkompli jittrasforma s-soċjetà kif meħtieġ sabiex tkun eliminata din il-pjaga soċjali.

    Waqt l-intervent tiegħu l-Ministru Byron Camilleri spjega kif it-tmexxija tal-pulizija hija konxja tar-realtajiet tal-vjolenza domestika u għalhekk il-pulizija jingħataw taħriġ kontinwu fuq is-suġġett. “Irrid inkun ċar li mhux aċċettabbli li xi uffiċjali jkunu insensittivi lejn il-weġgħat ta’ xi persuni fis-soċjetà li jkunu għaddejjin minn vjolenza domestika. Għaldaqstant, bħala parti mir-riforma fil-pulizija, se nkunu qed inħabbru inizjattiva konkreta b’rabta mal-vjolenza domestika fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.”

    Is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar laqgħat b’mod pożittiv il-ħolqien ta’ unit speċjalizzat fi ħdan il-korp tal-pulizija u saħqet dwar il-bżonn li it-taħriġ li jingħata lill-membri f’dan il-unit ikun wieħed kostanti. Din l-inizjattiva hija ħolqa minn katina ta’ inizjattivi li bihom il-Gvern qed juri biċ-ċar l-impenn sħiħ politiku li jindirriza din il-pjaga soċjali. Hija tkelmet ukoll fuq il-bżonn li laqgħat mal-NGOs isiru fuq bażi regolari għaliex l-expertise tagħhom fis-suġġett huwa kruċjali biex aħna l-politiċi nattwaw politika ħolistika li verament tgħin fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0