“Kemm jinbidlu ż-żminijiet!” … Franco Debono jgħid li tkun “ribelli” fil-PN ma kienx popolari sa ftit tas-snin ilu

  • Fra 14, 2020 00:56
  • Miktub minn iNews

    “Kemm jinbidlu ż-żminijiet!” Hekk saħaq l-eks Deputat Nazzjonalista, l-Avukat Franco Debono, f’kumment li għamel fuq il-midja soċjali dwar l-inkwiet intern li ħakem lill-Partit Nazzjonalista, b’bosta deputati jirribellaw u jiddikjaraw pubblikament li l-kap attwali Adrian Delia għandu jirriżenja. Dan wara li survey ippubblikat riċentement juri li Delia kompla jnaqqas fir-ratings tal-popolarità tiegħu f’konfront mal-Prim Ministru ġdid Robert Abela.

    Intant Debono tenna “li tkun ribelli ma kinitx daqstant popolari fil-Partit Nazzjonalista. Ċertament li “ribelli” u “eroj” ma kinux ikkunsidrati bħala kompatibli ftit tas-snin ilu, hekk kif inhuma kkunsidrati llum.”

    Huwa żied jgħid li fir-realtà partit b’saħħtu għandu jittollera dissens filwaqt li jirrikonċilja opinjonijiet diverġenti. Saħaq li f’demokrazija, wieħed għandu jisma’ lil ribelli – b’mod speċjali dawk b’kawża ġenwina – u mhux jikkundannahom.

    “Qawsalla ta’ opinjonijiet differenti hija s-saħħa ta’ partit politiku,” temm jgħid Debono.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0