Iffirmat ftehim ta’ €11-il miljun għat-tiswijiet fuq l-interconnector

  • Fra 14, 2020 13:46
  • Miktub minn iNews

    Sal-aħħar ta’ Marzu mistennija jitlestew it-tiswijiet kollha…

    Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Michael Farrugia ħabbar li fl-aħħar jiem ġie iffirmat ftehim ma’ kumpanija li se tkun qed tagħmel it-tiswijiet fuq l-interconnector. Huwa qal li llum waranofsinhar se jkun qed jidħol vapur fil-Port ta’ Marsaxlokk u għada jitgħabba fuqu l-cable. L-ispiża stmata, li hija koperta mill-insurance, hija dik ta’ €11 miljun.

    Il-Ministru qal li ġie kkonfermat u identifikat il-vapur li fil-fatt għamel dik il-ħsara bl-ankra tiegħu u mill-ewwel beda proċess fejn ġew ikkuntattjati l-insurances, evalwati l-ispejjeż u l-ħsara u dak li għandu xi jsir.

    Il-Ministru osserva kemm kien għaqli li dan il-gvern ħa deċiżjoni li minkejja li sar l-interconnector, ittieħdu l-inzijattivi kollha biex il-pajjiż ikun wieħed auto suffiċjenti. Huwa qal li kieku waqafna biss fuq il-fatt li għandna l-interconnector li jaqdi d-domanda tal-pajjiż, kieku pajjiżna kien ikollu problema b’nuqqas ta’ provvista ta’ enerġija biex jilħaq mad-domanda tal-pajjiż.

    Il-Ministru żied jgħid li se jkunu qed iħarsu lejn kull possibiltà u żvilupp innovattiv li jista’ jkun hemm. Huwa qal ukoll li qed tiġi diskussa l-idea ta’ enerġija alternattiva u dan huwa importanti iktar u iktar meta wieħed jara d-domanda qed tiżdied. “Hemm enfasi biex nimbuttaw l-enerġija alternattiva ħalli nkunu nistgħu nlaħħqu eventwalment mad-domanda u ladarba d-domanda qed tiżdied irridu nkunu proattivi u mhux reattivi għad-domanda li qed issir,” spjega l-Ministru.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0