Il-GWU tordna azzjonijiet industrijali fl-AWAS

  • Fra 14, 2020 15:00
  • Miktub minn iNews

    Il-General Workers' Union (GWU) ordnat azzjonijiet industrijali għal-lum il-Ġimgħa fl-Aġenzija AWAS, preċiżament fiċ-Ċentru tal-IRC/MOC li jinsab fil-Marsa, minħabba diversi tħassib li għandhom il-membri msieħba fil-unjin rigward is-sigurtà tagħhom.

    Il-GWU tat struzzjonijiet biex l-impjegati tal-AWAS li huma membri tal-unjin, ma jagħmlux kuntatt ma' residenti li jkunu fi stat ta' sokor jew li waqt tfittxijiet li jsiru fuqhom jinstabu jġorru allegatament oġġetti mhux awtorizzati bħal affarijiet perikolużi jew misruqa kif ukoll sustanzi lleċti. Aktar minn hekk, il-membri ngħataw struzzjonijiet ukoll biex ma jkunux preżenti fi kmamar jew f'żoni oħra fejn ikunu preżenti l-imsemmija residenti.

    Il-GWU tinnota wkoll li l-maniġment tal-AWAS qed isegwi l-operat għaċ-ċentru tal-IRC/MOC kif inhi d-direzzjoni tal-Gvern ċentrali iżda dan qed ikollu impatt fuq il-membri msieħba tagħha. Is-Segretarju tat-Taqsima GWU Gvern u Entitajiet Pubbliċi Kendrick Bondin qal li saru diversi diskussjonijiet kemm mal-AWAS kif ukoll mal-Ministeru konċernat f'dawn l-aħħar xhur f'dan ir-rigward iżda sfortunatament innota li għalkemm issaħħet is-sigurtà ġewwa ċ-ċentri xorta waħda għad baqa' operat bħalma huwa dan li huwa ta' skariġġ u joħloq biża' fuq il-membri msieħba tagħha.

    "Dan għaliex fid-dawl anke tal-irvellijiet li kien hemm fl-aħħar xhur it-tensjoni u l-biża' fuq il-ħaddiema hi akbar minn qatt qabel. Għaldaqstant il-GWU kienet iddikjarat tilwima fejn wara anke marret għal medjazzjoni ġewwa d-DIER fejn ma nstabitx soluzzjoni u għaldaqstant kellha tirrikorri għal azzjoni industrijali," tenna s-Segretarju Bondin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0