Ambjentalisti sodisfatti bix-shore-to-ship

  • Fra 14, 2020 15:30
  • Miktub minn iNews

    Meqjus bħala pass fid-direzzjoni t-tajba li se jtejjeb il-kwalità tal-arja…

    Ambjentalisti li tkellmu magħna esprimew sodisfazzjon għall-miżura Shore-to-Ship li tħabbret minn Infrastructure Malta li tinvolvi l-użu ta’ mezzi ta’ ġenerazzjoni ta’ enerġija fuq l-art biex tippermetti cruise liners li jżuru Malta li jitfu l-magni waqt li jkunu qegħdin sorġuti l-Port il-Kbir u jieħdu l-provvista tal-elettriku minn mal-moll. 

    Ftit ta’ jiem ilu, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg ħabbar dan il-proġett li kważi jlaħħaq il-€50 miljun favur it-tnaqqis ta’ aktar minn 90% fi tniġġis fl-arja kkawżat minn cruise liners li jżuru l-Port il-Kbir. Huwa stmat li cruise liner wieħed li jopera għal tmien sigħat sħaħ iniġġes daqs 300,000 karozza mill-Mellieħa sa Marsaxlokk. 

    Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli ddeskriviet dan il-proġett bħala wieħed ambizzjuż u se timpenja ruħha biex tara li dan l-investiment isir ukoll fil-Freeport b’rispett lejn ir-residenti.

    Deidun: Miżura tajba li torbot sew mal-inizjattivi kollha li qed isiru

    Il-Professur Alan Deidun, lettur l-Università ta’ Malta u Ambaxxatur Malti għall-Oċejan, qal li l-miżura Shore-to-Ship hija aħbar tajba ħafna mill-aspett ambjentali. Huwa spjega li dan minħabba l-fatt li l-magni ta’ dawn il-vapuri jiġġeneraw ħafna tniġġiż tal-arja, f’żona li diġà tbagħti ħafna minn kwalità ta’ arja ħażina bħala riżultat tal-ħafna attività industrijali u kummerċjali li hemm madwar il-port.

    “Għalhekk nuemmen li din miżura tajba ħafna li torbot sew mal-inizjattivi kollha li qegħdin isiru biex nilqgħu għall-marda tal-kanċer, pereżempju. Tant hu hekk, li ħafna portijiet industrijali kbar fl-Ewropa mixjin f’dik id-direzzjoni wkoll,” qal Deidun.

    Huwa żied jgħid li ta’ min ifakkar li t-tniġġiż tal-arja minn cruise liners huwa konsiderevoli. Għal dan huwa ta eżempju li fi Franza sar studju li juri li madwar ħamsin cruise liner bejniethom jipproduċu aktar sulphur dioxide, li huwa wieħed mill-gassijiet l-aktar tossiċi fl-arja, mill-flotta ta’ 260 miljun karozza li jinstabu ġewwa l-Ewropa.

    “Huwa ironiku li waqt li ħafna bliet madwar l-Ewropa qegħdin jillimitaw in-numru ta’ karozzi li jaħdmu bid-diesel, l-istess bliet, bħal Barcelona, Civitavecchia u Venezja, huma affettwati ħafna aktar mit-tniġġiż li ġej minn dawn il-cruise liners,” temm jgħid Deidun.

    Iniżjattiva pożittiva li tippremja l-ħidma effettiva ta’ BirdLife Malta

    Il-CEO ta’ BirdLife Malta Mark Sultana qal ma’ L-ORIZZONT li bħala NGO qiegħda tfaħħar il-gvern għal din id-deċiżjoni u turi r-relazzjoni matura bejn BirdLife u l-Gvern. Huwa qal li jista’ jkun hemm diżgwit fuq ħafna livelli u forsi xi kultant ikun neċessarju li jieħdu azzjonijiet legali fejn ma jaqblux, iżda dwar din il-miżura mhux il-każ għax sostna li hija waħda pożittiva.

    Sultana żied jgħid li naturalment hemm ħafna iktar xi jsir u li jkun din il-miżura implimentata f’portijiet simili hija idea tajba biss għandu jkun hemm ħidma mill-gvern biex jimbotta iktar mal-pajjiżi tal-Mediterran biex il-Mediterran kollu jkun “emission control area”. B’hekk id-dgħajjes li jkunu qed ibaħħru fil-baħar Mediterran ikunu qegħdin jużaw fjuwil nadif u dan wara kollox b’effett pożittiv fuq is-saħħa tal-bniedem.

    “F’ibħra oħrajn hemm din il-ħaġa u narawha bħala inġusta li l-pajjiż tagħna li huwa f’nofs il-Mediterran irid ibati minn dawn il-konsegwenzi li fil-Mediterran jintuża fjuwil aktar maħmuġ. Lesti naħdmu mal-gvern biex flimkien ngħinuh ħalli jipproponi deċiżjonijiet aktar b’saħħithom,” qal Sultana.

    Apparti minn hekk, BirdLife Malta qalet li hija sodisfatta għax ilha għal dawn l-aħħar snin tmexxi kampanja biex tqajjam kuxjenza dwar l-importanza li jonqos it-tniġġiż tal-arja ġġenerat mill-vapuri tal-passiġġieri fil-Mediterran.

    L-NGO qalet li tinsab sodisfatta li qiegħda tara wħud mir-rakkomandazzjonijiet tagħha jsiru realtà u jħarsu ‘l quddiem biex jaraw lill-Gvern imur pass oltre u jiddikjara l-appog?g? tiegħu għall-isforzi li qed isiru fuq livell internazzjonali biex tig?i stabbilita ECA fir-reg?jun tagħna. 

    Kull sena jintilfu 44,000 g?urnata xogħol f’leave tal-mard marbut mat-tnig?g?is tal-arja 

    Fi stqarrija, BirdLife Malta rreferiet għal statistika fejn huwa stmat li l-emissjonijiet mill-industrija tat-tbaħħir jikkaġunaw 50,000 mewt qabel iż-żmien fis-sena fl-Ewropa li jfissru spiża ta’ €60 biljun f’nefqa tas-saħħa biss kull sena fl-Unjoni Ewropea.

    BirdLife Malta żiedet tgħid li skont l-aħħar statistika tal-UE, kull sena jintilfu 44,000 ġurnata xogħol f’leave tal-mard marbut mat-tniġġis tal-arja. Intant studju li sar fi Franza s-sena l-oħra wera li t-twaqqif ta’ ECA fil-Mediterran jista’ potenzjalment isalva 6,000 ħajja kull sena u jiġu ffrankati sa €14-il biljun fi spejjeż tas-saħħa.

    Baldacchino: Wieħed ma jistax jiddeċiedi mill-aspett kummerċjali biss

    L-ambjentalist Alfred E. Baldacchino sostna ma’ dan il-ġurnal li mingħajr tagħrif tekniku mhux daqshekk fac?li li wieħed jikkummenta. Huwa qal li wieħed ma jistax jiddec?iedi mill?aspett kummerc?jali biss, imma għandhom wkoll jittieħdu l?impatti kemm soc?jali kif ukoll ambjentali u finanzjarji, jekk hemm, biex tkun tista’ tittieħed dec?iz?joni li tkun sostenibbli. 

    Baldacchino qal li hemm numru ta’ mistoqsijiet li sa issa ma għandix risposta għalihom. “Ma għadniex xi ngħidu li d?domanda tal?energ?ija mill?art li jkollhom bz?onn dawn il?vapuri trid tkun l?istess bħal dik li qed jipprovdu huma stess.”

    Huwa żied jistaqsi jekk l?infrastrutturi li jipprovdu l?energ?ija fuq l?art, jifilħux għad?domanda ta’ dawn il?vapuri, mingħajr ma jkun hemm xi impatti b’xi mod fuq l?energ?ija meħtieg?a mid?djar, mill?industrija u mill?uz?u pubbliku.

    “Huwa veru li meta dawn il?vapuri jitfu l?magni, il?ħruq ta’ Heavy Fuel Oil li ma huwiex ta’ g?id, sejjer jonqos, l?aktar fl?inħawi tal?madwar il?port. U huwa veru wkoll li sejjer ikun hemm qliegħ finanzjarju għall?energ?ija provduta. Imma sar studju fuq jekk dan ikollux, jew jista’ jkollu impatti negattivi soc?jali u anki finanzjarji? 

    Din il?miz?ura tħabbret mill?Infrastructure Malta. Kien hemm diskussjoni mal?EneMalta fuq din il?miz?ura u x’kienet ir?reazzjoni u l?kummenti ta’ din?” temm jgħid Baldacchino.

    Direttur tal-FoE: Hemm ukoll vantaġġi oħra bħal noise pollution u vibrazzjonijiet

    Id-Direttur tal-Friends of the Earth Malta, Martin Galea de Giovanni, qabel li din il-miżura turi ċertament pass ‘il quddiem u qal li huwa tajjeb li Infrastructure Malta qiegħda tutilizza l-fondi relatati ma’ TEN-T Core Network għal proġetti li verament jieħdu ħsiem is-saħħa tar-residenti.

    Galea de Giocanni qal li meta wieħed jikkunsidra l-ammont ta’ cruise liners li jkun hemm fil-port il-kbir, li sa issa jħallu l-magni mixgħula għat-tul taż-żjara tagħhom ġewwa Malta, dan se jkollu impatti pożittiv ħafna għat-titjib tal-kwalità tal-arja fil-port.

    “Meta tikkonsidra ukoll li kull cruiseliner li jqatta’ ġurnata ankrat fil port iħammeġ l-arja b’xi 30Kg ta’ particulate matter, dan ser ifisser titjib fil-kwalità tal-ħajja tar-residenti tal-inħawi, speċjalment dawk tal-Belt, Marsa u tlett ibliet. Dan peress li l-ammont ta’ emissjonijiet se jonqsu però hemm ukoll vantaġġi oħra bħal dawk ta noise pollution u vibrazjonijiet,” qal id-Direttur tal-FoE.

    Huwa żied jgħid li filwaqt li dan huwa pass tajjeb, wieħed ma jridx jinsa però li din l-Industrija tal-cruiseliners xorta għandha impatt kbir fuq l-ambjent u emissjonijiet globali. Huwa temm jgħid li dawn il-problemi għandhom jiġu indirizzati ukoll kemm mill-awtoritajiet lokali però iktar u iktar dawk Ewropej.

    Nature Trust tħeġġeġ biex ikun hemm monitoraġġ dettaljat dwar ir-rimi tal-iskart 

    Il-President ta’ Nature Trust Malta, Vince Attard qal li bħala NGO jħossu li din il-miżura hija pass pożittiv ‘il quddiem peress li huwa fatt magħruf li l-cruise liners jużaw żejt fjuwil tqil li jinkwina ħafna.

    Attard spjega li meta jkunu fil-port dawn il-bastimenti dejjem iħallu l-magni tagħhom mixgħula biex ifornu l-enerġija lill-vapur waqt li jkunu fil-port. L-emissjonijiet jżidu d-diossidu tal-karbonju fl-atmosfera tagħna, iżidu l-livell ta' tniġġis speċjalment lit-tliet ibliet u l-Belt Valletta u jħallu impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem.

    Huwa qal li bħala NTM iħeġġu biex ikun hemm monitoraġġ dettaljat dwar ir-rimi tal-iskart biex ma jarmux fil-baħar kif spiss ħafna rapporti jiddikjaraw.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0