Raġel jipprova jifga lis-sieħba tqila

  • Fra 14, 2020 17:58
  • Miktub minn iNews

    Imħallef ordnat li l-kustodja ta' tifla tkun esklussivament t'ommha wara li semgħet każ li minnu rriżulta li l-missier ipprova jifga lis-sieħba tiegħu meta din kellha tliet xhur tqala.

    Il-mara fetħet il-kawża fil-Qorti tal-Familja fejn spjegat kif hija bdiet ir-relazzjoni mas-sieħeb tagħha fl-2015 u minnha kellhom it-tifla.

    Hija iddeskrivietu bħala wieħed pussessiv u abbużiv fejn semmiet kif fl-episodju meta ipprova jifgaha kien anke taha daqqiet f'imneħirha biex jipprova jiksirulha

    Il-mara sostniet li huwa kien preżenti f'ħajjet it-tifla sakemm din kellha tliet xhur imma 10 ijiem wara li qaltlu li riedu jsibu qbil dwar il-kustodja ħalla Malta.

    Huma baqgħu jikkomunikaw sakemm it-tifla kellha sena mbagħad għamlilha 'block' fuq Facebook u l-kuntatt tagħhom waqaf għal kollox biex issa hija biss hi li tieħu ħsiebha.

    Kien għalhekk li fetħet il-kawża biex tieħu għal kollox il-kustodja tat-tifla bl-Imħallef Jacqueline Padovani Grima mhux biss tilqa' it-talba imma anke tordna lil missier it-tifla jagħtiha kumpens ta' €400 fix-xahar.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0