Sitt mediċi jitilfu ħajjithom kawża tal-coronavirus ... Tħassib dwar nuqqas ta' apparat ta' protezzjoni

  • Fra 15, 2020 09:04
  • Miktub minn iNews

    Uffiċjali Ċiniżi ppubblikaw il-figuri ta’ uffiċjali tas-saħħa li ġew infettati bil-coronavirus, u dan hekk kif hemm tħassib li dawn għandhom nuqqas ta’ apparat ta’ protezzjoni. Kienu sitt ħaddiema fil-qasam tas-saħħa li tilfu ħajjithom lwaqt li 1,716 ġew infettati minn meta bdiet din l-imxija. 

    Il-mewt tat-tabib Li Wen- liang; li seħħet il-ġimgħa li għaddiet, liema tabib kien ipprova jwissi lill-awtoritajiet kmieni dwar dan il-virus, qajmet rabja fost il-pubbliku inġenerali.
    Iktar minn 1,300 persuna huwa mifhum li tilfu ħajjithom kawża ta’ dan il-virus. L-aħħar figuri juru li fl-aħħar sigħat kien hemm 122 mewt oħra ċ-Ċina, biex issa n-numru tela’ għal madwar 1,381. Apparti hekk, in-numru ta’ persuni infettati issa tela’ għal 63,922 każ. 

    L-Għaqda Dinjija tas- Saħħa qalet li minkejja li kien hemm numru sostanzjali ta’ każijiet, s’issa jidher li dan il-virus ma biddilx il-pattern tiegħu ta’ mortalità jew severità. 

    Il-WHO tenniet ukoll li ma kienx hemm żieda l-każijiet ta’ persuni infettati barra miċ-Ċina. S’issa t-total ta’ persuni infettati barra miċ-Ċina huwa ta’ 218 u dan in-numru żdied l-iktar minħabba l-cruise ship li jinsab sorġut l-ġappun – Diamond Princess (44 persuna abbord ġew infettati). 

    Apparti l-effett fuq s- saħħa, dan il-virus mistenni li jħalli effett ukoll fuq l-ekonomija. Skont studji ppubblikati jidher id-dħul mil-linji tal-ajru se jkun qiegħed jonqos b’madwar $4 biljun matul din is-sena. Huwa mistenni wkoll li l-bejgħ ta’ karozzi Ċiniżi se jkun qiegħed jonqos b’10% fl-ewwel nofs tas-sena. Il-Prim Ministru ta’ Singapore Lee Hsien Loong qal li l-ekonomija tal-pajjiż tista’ tkun qiegħda taqa’ f’riċessjoni minħabba l-virus filwaqt li l-Ministru tal-Finanzi tal-Malażja qal li fil-jiem li ġejjin se jkun qiegħed jiġi mħabbar pakkett ta’ stimolu għas-settur tal-avjazzjoni, u l-qasam turistiku. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0