Stennija għall-ewwel diskors ta’ Robert Abela fil-Konferenza Ġenerali

  • Fra 15, 2020 09:32
  • Miktub minn iNews

    Nhar il-Ħadd 16 ta’ Frar, il-Partit Laburista se jtella’ Konferenza Ġenerali Straordinarja. Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela se jkun qed jindirizza din il-Konferenza għall-ewwel darba minn meta nħatar bħala Mexxej tal-Partit. 

    Il-Konferenza Ġenerali Straordinarja ta’ nhar il-Ħadd se sservi bħala l-punt ta’ tluq għall-proċess ta’ diskussjoni fuq kull livell, kemm internament kif ukoll lil’hin sabiex bħala partit inġeddu l-politika tagħna, l-operat, l-istrutturi u anke l-istatut. Filwaqt li dan l-anniversarju jitqies bħala opportunità biex iħares lejn il-kisbiet u s-sehem li kellu dan il-Partit f’pajjiżna f’dawn il-100 sena, il-Partit Laburista kommess li mhux biss iħares ‘il quddiem iżda jfassal il-futur fuq bażi soda. 

    F’kummenti l-Partit Laburista qalilna li “l-istorja tgħallimna li biex tibqa’ relevanti, hemm bżonn tiġġedded. Din hija l-għażla li se jkun qed jieħu l-Partit Laburista. Partit li qatt ma beża jbiddel, partit li bidel wiċċ pajjiżna u minn wieħed servili għall-barrani, tah lill-poplu tiegħu biex jitmexxa minnu stess. Pero’ it-triq ma kinitx kollha ward u żahar. Pajjiżna għadda minn perjodu kiefer fejn id-drittijiet bażiċi kienu mittiefsa bil-progress soċjali mxekkel filwaqt li l-edukazzjoni kienet limitata biss għas-sinjuri. Żmien ikrah fejn erbgħa patrijotti Maltin – Ġużeppi Bajada, Lorenzo Deyer, Karmenu Abela u Manwel Attard ipprotestaw kontra l-ħakkiema u spiċċaw inqatlu mill-barrani fl-irvellijiet tas-Sette Giugno fl-1919.”

    Intqal li “iżda dakinhar bdiet it-triq tal-bidla f’pajjiżna. Erbgħa eroj li emmnu li Malta tista’ titmexxa minn uliedha. Ftit wara, grupp ta’ Maltin waqqfu partit politiku ġdid biex jiġġieled dan kollu. Il-Partit Laburista. Twelid ta’ partit b’viżjoni ċara favur il-progress soċjali. Progress għall-ħafna u mhux għall-ftit. Favur l-ugwaljanza iżda fuq kollox favur Malta u l-Maltin. Il-Partit Laburista kien l-ewwel partit li ħabb u ħadem għal ilsien pajjiżna. Din kienet il-bidu tad-demokrazija f’pajjiżna. Bidu ta’ riforma soċjali f’pajjiżna li mingħajrha, xejn ma kien ikun possibli milli għandna llum. Għall-ewwel darba, l-istat beda jgħin lill-poplu.”

    “Minkejja dawn il-kisbiet kbar, affaċċja perjodi diffiċli. Perjodi li raw l-agħar tagħhom fil-ġlieda favur id-dritt fundamentali tal-bniedem li jħaddan il-prinċipji politiċi li jixtieq mingħajr indħil u pressjoni. Mingħajr it-theddida tad-dnub. Ulied Malta ġew iddemoralizzati u interdetjati u midfuna fil-miżbla, mkasbra u misħuta. Iżda r-rieda ta’ dawn in-nies kienet tal-azzar. Rieda li ħalliet il-frott għall-ġenerazzjonijiet ta’ warajhom u li għadna ngawdu minnhom sal-lum. Ma ċedewx għar-rikatti. Fl-aħħar REBĦU. Partit li ġab id-drittijiet indaqs għal kulħadd. Ħadd ma jkun inferjuri mill-ħadd, lanqas mill-ħakkiema. Triq diffiċli iżda triq li wasslet għall-ħelsien glorjuż b’sovranita’ sħiħa. Pajjiż indipendenti u ħieles. Pajjiż li sar ukoll Repubblika bil-Kap tal-pajjiż l-ewwel darba sar wieħed minn uliedu.  Dan huwa Partit li ma jiddejjaqx iħares lura. Jitgħallem mill-istorja. Partit magħqud ma’ dawk kollha li mexxewh. Illum inħarsu lejn il-ġejjieni b’kuraġġ. Se nkomplu nwettqu kisbiet għall-poplu kollu. Bħalma ksibna fil-passat, hekk ukoll se nkomplu nwettqu suċċess fil-futur. Viżjoni ambizzjuża imma ċara”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0