Il-bank ċentrali Ċiniż se jeqred kwantità ta' karti tal-flus biex jikkontrolla t-tixrid tal-coronavirus

  • Fra 16, 2020 19:42
  • Miktub minn iNews

    Bil-għan li jikkontrollaw u jipprevjenu li l-coronavirus tkompli tinfirex, il-bank ċentrali Ċiniż se jkun qed jeqred flus kontanti f’żoni l-aktar milqutin mill-epidemija.

    Il-bank ċentrali ordna li karti tal-flus li qed jiċċirkolaw fi sptarijiet, swieq tal-annimali u trasport pubbliku f’żoni fejn kienu reġistrati l-biċċa l-kbira tal-każi tal-epidemija jiġu ritornati biex ikunu jistgħu jinqerdu.

    Lokalitajiet oħrajn fil-pajjiż se jkunu saħansitra qed ipoġġu taħt kwarantina lil karti tal-flus għal mill-inqas 14-il ġurnata qabel ma jerġgħu jibdew jitħallew jiċċirkolaw. Waqt li jkunu fi kwarantina l-flus se jkunu qed jgħaddu minn proċess ta’ diżinfezzjoni li jinvolvi li l-karti tal-flus ikunu esposti għal dawl ultraviolet.

    Mill-provinċja ta’ Guangdong kienu rtirati miċ-ċirkolazzjoni mas-7.8 biljun yuan, li jammontaw għal madwar $1.1 biljun.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook