Issostni li se tkompli tidħol fl-irziezet u “ssalva” l-annimali minkejja li tista' tispiċċa l-ħabs

  • Fra 17, 2020 09:32
  • Miktub minn iNews

    Attivistà vegana li tressqet il-Qorti 22 darba fi żmien sentejn qed issostni li se tkompli tipprotesta, tidħol fl-irziezet tal-produzzjoni u ssalva l-annimali.

    L-attivistà tal-annimali Leah Doellinger, li għandha aktar minn 36,000 segwaċi fuq Instagram.

    Doellinger tiġbed hi stess filmati tagħha dieħla fi rziezet fl-Awstralja bil-għan li toħloq kuxjenza dwar dan l-istess l-annimali li fil-fehma tagħha jgħixu f’kundizzjonijiet li ma jixirqulhomx.

    F’kummenti li għaddiet qalet li ħafna drabi s-sidien lanqas biss ikunu konxji li l-attivisti jkunu fl-irziezet tagħhom. Hi ħeġġet lill-attivisti biex ma jibżgħux mill-arresti għax dak li qed jagħmlu hu s-sewwa.

    Il-mara kienet akkużata bis-serq ta’ sitt iqżieqeż minn Queensland f’Novembru li għadda. Il-ħabiba tagħha wieġbet ħatja u l-qorti kienet ħanina magħha.

    Intant biex dawn l-affarijiet jitwaqqfu, l-Avukat Ġenerli Christian Porter ippropona li jkun hemm pieni ħorox għal dawn l-attivisti li jikkawżaw danni lis-sidien tal-irziezet u lill-bdiewa.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook