Persuni arrestati wara li allegatament kienu qed jippjanaw għal attakki fil-Ġermanja

  • Fra 17, 2020 12:52
  • Miktub minn iNews

    12-il membru ta’ grupp tal-lemin estrem fil-Ġermanja ġew arrestati wara li allegatament kienu qed jippjanaw attakki f’Moskej, politiċi u nies li qed ifittxu ażil.

    Erbgħa mill-irġiel, ilkoll ta’ nazzjonalità Ġermaniża, ġew arrestati fuq suspett li kienu parti mill-grupp Der Harte Kern, filwaqt li t-tmienja l-oħra ġew arrestati fuq suspett li pprovdew lill-grupp bi flus u armi biex iwettqu l-attakki.

    L-allegat mexxej tal-grupp Ġermaniż, raġel ta’ 53 sena, kien diġà magħruf mal-awtoritajiet.

    Qed ikun allegat ukoll li l-ġimgħa li għaddiet iltaqa’ mal-membri l-oħra u ddiskuta ppjanijiet għal 10 attakki separati fil-Ġermanja, inkluż massakri f’Moskej simili għal dawk li seħħew fi New Zealand is-sena l-oħra.

    Qed jingħad li l-irġiel kienu qed jittamaw li bl-azzjonijiet tagħhom iqajmu attakki oħra li jwasslu għal gwerra ċivili.

    Skont rapporti fil-gazzetta Welt am Sonntag jidher li hemm raġel ieħor li hu maħsub li jifforma parti mill-grupp u li għadu maħrub.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook