L-appell ta' Manchester City jista' jiffoka ħafna fuq il-proċess investigattiv tal-UEFA

  • Fra 18, 2020 00:32
  • Miktub minn iNews

    Meta qed jiffaċċjaw sos­pensjoni  qawwija u ta’ ħsara ta’ żewġ staġuni mill-football Ewropew, iċ- champions Ingliżi, Manchester City, issa se jduru fuq il-Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport (CAS) li huwa bbażat fl-Isvizzera, f’appell li pro­babbli se jiffoka ħafna fuq il-proċedura.

    Il-players importanti tal-club tal-Premier League li jistgħu huma Sergio Aguero, Raheem Sterling u Kevin De Bruyne, iżda barra l-ground it-team tagħhom ta’ avukati Britanniċi u Svizzeri se jkunu wkoll iffukat hekk kif se jissieltu biex is-sospensjoni tiġi mneħħija.

    L-għaqda li tmexxi l-football fl-Ewropa, il-UEFA, nhar il-Ġimgħa qalet li l-club ikkommetta “ksur serju” tar-regolamenti tal-Financial Fair Play (FFP) tagħha, billi “nefaħ id-dħul tal-isponsorship fil-kontijiet tiegħu u informazzjoni tal-break-even ippreżentata lil UEFA bejn l-2012 u -2016.”

    Il-UEFA se toħroġ multa ta’ £25 miljun lis-City, li qalet li “naqsu li jikkoperaw fl-investigazzjoni”, possibbilment jikkontribwixxu għall-ħruxija tal-kastig tagħhom.

    Ftit minuti wara li l-UEFA xandret l-aħbar, is-City qalu li se jappellaw id-deċiżjoni.

    Ir-regolamenti tal-FFP hu­ma mfassla biex iwaqqfu lill-clubs milli jidħlu f’dejn kbir permess tal-infieq fuq il-players u jiżguraw li l-ftehim ta’ sponsorships huma bbażati fuq is-suq reali u jkunu ftehim kummerċjali ġenwini – u mhux modi għas-sidien biex jippumpjaw il-flus fil-club biex iduru mar-regolamenti.

    Il-UEFA fetħet l-investigazzjoni fuq is-City f’Marzu li għadda wara l-pubblikaz­zjoni tad-dokumenti tal-‘Football Leaks’ li wasslu għall-allegazzjonijiet li s-sidien tal-club minn Abu Dhabi kienu nefħu ftehim ta’ sponsorship biex jikkonformaw mal-bżonnijiet tal-FFP.

    Id-dokumenti żvelati jinkludu emails li rreferew għal flus li ġew “mgħoddija” minn sponsors.

    Dak in-nhar ir-risposta tas-City għar-rapporti fil-media taw indikazzjoni tal-approċċ li jistgħu jieħdu fil-CAS f’Lausanne.

    “M’aħniex se nipprovdu l-ebda kumment dwar materjal barra mill-kuntest li suppost ġie mqatta’ bċejjeċ jew misruq mill-personnel jew persuni assoċjati ma’ Manchester City. It-tentattivi li ssir ħsara lir-reputazzjoni tal-club huma organizzati u ċari,” huma qalu.

    Minbarra li staqsew dwar in-natura tad-dokumenti, is-City ma kinux kuntenti bil-mod li bih il-Bord tal-Kontroll Finanzjarju tal-Clubs (CFCB) tal-UEFA mexxa l-investigazzjoni.

    Fi stqarrija li ħareġ nhar il-Ġimgħa, il-club irrefera “għall-proċess tal-UEFA li huwa “difettuż u mnixxi b’mod konsistenti”.

    “Fi kliem sempliċi, dan hu­wa każ mibdi mill-UEFA, imħarrek mill-UEFA u ġġudikat mill-UEFA,” intqal fl-istqarrija.

    TENTATTIV LI JWAQQFU  L-INVESTIGAZZJONI

    F’Novembru li għadda, is-City daru lejn il-CAS biex jippruvaw iwaqqfu l-investigazzjoni, fejn argumentaw li d-deċiżjoni tas-CFCB li tirreferi l-każ lill-Kamra Aġġudikatorja tagħha ttieħdet “b’mod mhux xieraq u prematur”.

    It-team legali tal-club u dak li ra bħala nixxigħat mill-UEFA lill-media fuq l-investigazzjoni, uriet li “il- UEFA kisret sistematikament, u kompliet tikser id-dover tagħha tal-kunfidenzjalitá,” tal-każ.

    Hija anke talbet lill-UEFA biex tmexxi inkjesta fuq l-allegati nixxigħat.

    Għalkemm il-CAS rrifjuta dan l-appell meta qal li “rimedji interni” ma ġewx eżawriti, hija esprimiet tħassib fil-ġudizzju tagħha bil-miktub fuq in-nixxigħat

    Issa li ngħata l-verdett u l-CAS isir l-arena għal appell, is-City jistgħu jirritornaw għal dawn il-kwistjoni­jiet proċedurali bħala parti mill-istrateġija tagħhom.

    Fis-smiegħ tal-CAS, is-City kienu rappreżentati minn Monckton Chambers kif ukoll minn Freshfields Bruckhaus Deringer f’Londra u Kellerhals Carrard f’Lugano, l-Isvizzera.

    Il-club jista’ jibbaża t-ta­miet tiegħu biex il-projbiz­zjoni tal-UEFA tinqaleb jew titnaqqas ħafna, fuq każijiet preċedenti tal-FFP.

    Paris St-Germain kienu ffaċċjaw investigazzjoni mill- UEFA fuq id-dikjaraz­zjonijiet tagħhom stess tal-FFP u ma ngħataw l-ebda kastig, waqt li AC Milan ingħataw sospensjoni ta’ sena – nofs il-kastig tas-City.

     

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook