Franco Debono: “Ir-rewwixti kontra Delia bla strateġija”

  • Fra 18, 2020 08:06
  • Miktub minn iNews

    L-Avukat Franco Debono iddeskriva bħala “mingħajr idea ta' strateġija” ir-rewwixti li saru kontra l-Kap tal-PN Adrian Delia minn kemm ilu li laħaq il-kap tal-partit.

    Fir-reazzjoni tiegħu għall-aħħar stħarriġ dwar Delia, li wera li għandu l-appoġġ ta' 56% tat-tesserati tal-partit, l-eks-deputat Nazzjonalista jgħid li dan tista' tinterpretah b'żewġ modi.

    L-ewwel wieħed huwa li meta tqis ir-rewwixti li saru kontrih, b'ħafna minnhom diżorganizzati u konfużi, huwa għad għandu sapport għoli ħafna fosthom u minn dan il-lat hija rebħa kbira.

    Fl-istess waqt huwa jgħid li Delia ma rnexxilux jgħaqqad lill-partit u meta tqis li meta jikkontesta kandidat waħdu jkun hemm bżonn iġib 66% tal-voti biex jiġi konfermat il-fatt li għandu 56% tal-appoġġ tista' titqies bħala telfa.

    Tesserat jitlob investigazzjoni mill-Kummissarju tad-Data

    L-eks-kunsillier Nazzjonalista tal-Gżira Wayne Hewitt talab lill-Kummissarju tad-Data jinvestiga kif il-lista tat-tesserati tal-PN għaddiet għand il-ġurnal li għamel l-imsemmi stħarriġ fejn sostna li dan sar mingħajr il-permess espliċitu ta' kull tesserat individwali.

    Hewitt ukoll ikkummenta dwar l-appoġġ li jingħad li jgawdi Delia fejn anke hu semma li meta kap ma jkunx kontestat ikollu bżonn 66% tal-voti, skont l-istatut, biex jiġi konfermat u li b'56% l-ebda kap ma jista' jiġi ikkonfermat.

    Anke David Thake, eks-kunsillier f'San Pawl il-Baħar, ikkummenta dwar il-qagħda tal-PN fejn insista li hemm bżonn tim ta' tmexxija li jista' jgħaqqad lill-partit u jwaqqaf lin-nies milli “jqattgħu f'xulxin”.

    Huwa rrimarka li hija ċara li l-elettorat irid il-bidla imma wissa li mhux se jafda partit maqsum biex iġib din il-bidla.

    Ċensu Galea: “Dħalt għalll-kariga minkejja l-isfidi familjari”

    Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-PN Ċensu Galea irrimarka li minkejja d-diversi sfidi familjari li għaddej minnhom ħassu fid-dmir li jservi f'din il-kariga.

    “Ma stajtx noqgħod lura milli nagħti sehmi biex il-PN jerġa' jkun parti b'saħħtu u rebbieħ”, huwa irrimarka waqt li wiegħed li se jidħol għall-kariga b'determinazzjoni biex l-isfid li għandu l-partit jintrebħu.

    Ċensu Galea ħa post Kristy Debono li rriżenjat fil-ġimgħa li fiha l-PN tilef ukoll lis-Segretarju Ġenerali Clyde Puli li issa postu ħadu Francis Zammit Dimech.

    Fl-istess ġimgħa rriżenja wkoll il-Viċi-Kap Robert Arrigo anke jekk dan se jibqa' fil-kariga sad-29 ta' Marzu li ġej biex jassigura l-pagi tal-impjegati hekk kif il-PN għandu miljuni ta' ewros f'dejn.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook