Direttur ta' sptar f'Wuhan imut bil-coronavirus

  • Fra 18, 2020 09:10
  • Miktub minn iNews

    Direttur ta’ sptar f’Wuhan miet aktar kmieni llum. Il-mewt tiegħu tiżdied mal-lista dejjem tikber ta’ mwiet ta’ tobba u ħaddiema mediċi kaġun tal-COVID-19, l-isem mediku li ngħata lill-coronavirus.

    Liu Zhiming, id-direttur tal-isptar Wuchang f’Wuhan, miet dalgħodu wara li l-isforzi kollha tat-tobba biex isalvawlu ħajtu fallew. Il-mewt tiegħu kienet ikkonfermata mill-midja tal-istat CCTV.

    Zhiming huwa l-ewwel direttur ta’ sptar li miet kaġun tal-coronavirus. Mill-inqas sitt ħaddiema mediċi oħrajn mietu kaġun tal-marda, filwaqt li 1,716 oħrajn ġew infettati.

    Bosta Ċiniżi ħallew messaġġi fuq il-pjattaforma Ċiniża tal-midja soċjali, Weibo, biex ifakkru lil Zhiming.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook