FILMAT: Il-gverta tal-pont fi Vjal l-Avjazzjoni tittella’ f’postha

  • Fra 18, 2020 10:14
  • Miktub minn iNews

    Matul illejl li għadda, Infrastructure Malta poġġiet f’postha l-gverta tal-azzar twila 34 metru tal-pont il-ġdid li se jaqsam minn fuq Vjal l-Avjazzjoni, bejn Ħal Luqa u l-Gudja.

    Dan l-investiment ta’ €2.3 miljun se jtejjeb l-ivvjaġġar bil-mixi, bit-trasport pubbliku jew bir-rota minn u lejn dawn il-lokalitjiet u postijiet importanti oħra li hemm fl-inħawi, bħalma huma l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS). 

    Il-kuntratturi ta’ Infrastructure Malta ħadmu l-gverta ta’ dan il-pont, li tiżen 43 tunnellata, ġewwa fabbrika speċjalizzata f’Venezja matul l-aħħar kwart tas-sena li għaddiet. L-istruttura nġiebet Malta bil-baħar u ġiet immuntata f’Ħal Far. Il-lejl li għadda, il-gverta nġarret lejn is-sit tal-proġett minn Triq Ħal Far, fejn intrefgħet minn krejnijiet u ttellgħet f’postha sserraħ fuq żewġ pilastri tal-konkos, wieħed f’kull naħa tal-ħames korsiji ta’ Vjal l-Avjazzjoni.

    Il-pilastri għoljin seba’ metri jiffurmaw parti minn żewġ binjiet bħal xulxin li jinkludu rampi forma ta’ garigor biex minnhom titla’ b’mod komdu fuq il-gverta tal-pont. F’nofs l-istrutturi b’mod li r-rampji jduru magħhom, Infrastructure Malta qed tagħmel ukoll liftijiet. B’hekk tiżgura li din l-infrastruttura ġdida tkun aċċessibbli għal kulħadd, skont il-linji gwida stabbiliti mill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità. 

    Il-pont il-ġdid se jgħaqqad ukoll iż-żewġ waqfiet għall-karozzi tal-linja (Avjazzjoni) li hemm f’din it-triq biex jipprovdi aċċess aktar sigur għal dawk li jużaw it-trasport pubbliku jew il-korsija għar-roti u l-bankini li jwasslu lejn l-Ajruport u nħawi oħrajn fil-viċin.

    Dan il-proġett, li jista’ jkun kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali, huwa mmirat li jkun lest sas-sajf li ġej. Il-pont ġdid huwa wieħed minn sitt konnessjonijiet maqtugħa għalihom mill-korsiji tal-karozzi, biex taqsam toroq arterjali bil-mixi u bir-roti, li Infrastructure Malta se tkun qed tintroduċi bejn din is-sena u l-2021. Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, l-aġenzija bdiet tpoġġi wkoll f’postha l-gverta ta’ pont ieħor fi Blata l-Bajda, li se jgħaqqad diversi nħawi fil-Ħamrun, il-Furjana u l-Marsa. Dan il-pont ukoll huwa mistenni li jibda jintuża mill-pubbliku sas-sajf li ġej.

    Infrastructure Malta daqt tibda tibni wkoll pont simili fi Triq Dom Mintoff, biex toħloq rotta aktar sigura għal dawk li jimxu u jivvjaġġaw bir-rota bejn il-kampus prinċipali tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST), iż-żoni residenzjali u industrijali f’Kordin u l-qalba ta’ Raħal Ġdid.

    Faċilitajiet oħrajn ġodda biex iħajru iżjed persuni jivvjaġġaw bil-mixi, b’tal-linja u bir-rota qegħdin isiru wkoll bħala parti minn proġetti kbar li qed tagħmel Infrastructure Malta f’toroq arterjali oħrajn, fosthom is-Central Link Project bejn l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard, u l-Marsa Junction Project, bejn Raħal Ġdid u l-Marsa. L-aġenzija qed tippjana aktar pontijiet pedonali, korsiji għar-roti li jkunu mifrudin mit-triq u bankini biex ittejjeb l-aċċess u tnaqqas ir-riskji t’aċċidenti anke f’lokalitjiet oħrajn.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook