Il-koppja Maltija li kienu abbord l-MV Westerdam mhumiex qed jinżammu l-isptar … Ġirien jesprimu t-tħassib tagħhom

  • Fra 18, 2020 10:48
  • Miktub minn iNews

    Il-koppja Maltija li kienu abbord il-cruiseliner MV Westerdam – li dwaru kien hemm tħassib dwar il-possibbiltà ta’ passiġġieri infettati bil-coronavirus – u li issa nġiebu lura pajjiżna mhumiex qed jinżammu l-isptar. Ikkonfermat dan ma’ dan is-sit kelliema għall-Ministeru għas-Saħħa li qaltilna li huma qed jinżammu f’post fejn ma jistgħux ixerrdu l-marda.

    Intant ġirien tal-koppja fuq il-midja soċjali esprimew it-tħassib tagħhom wara li dawn qed jinżammu fir-residenza tagħhom, li tagħmel parti minn blokka ta’ appartamenti.

    Wieħed mill-ġirien esprima d-diżappunt tiegħu li huma ma kinux informati bis-sitwazzjoni, u saħaq li fil-viċinanzi tal-blokka tal-appartamenti anke kien hemm uffiċjali tal-pulizija biex jassiguraw li l-koppja ma toħroġx mir-residenza tagħhom. “Kwarantina m'għandix issir f'post pubbliku bħal tagħna,” kiteb il-ġar.

    Intant il-kellima għall-Ministeru għas-Saħħa żiedet tgħidilna li kwarantina hija għal persuni li setgħu kienu esposti għall-virus u ma jkunux konfermati li għandhom il-mikrobu.

    Fi stqarrija li ta fil-Parlament waqt is-seduta tat-Tnejn, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ta l-assikurazzjoni tiegħu li m'hawn ebda lok ta' allarm u għamilha ċara li ż-żewġ persuni fi kwarantina m'għandhomx il-virus.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook