Fl-2017 saru 250 esperimenti fuq l-annimali f’Malta … l-inqas rata fost il-pajjiżi fl-Ewropa

  • Fra 18, 2020 11:28
  • Miktub minn Maria Azzopardi

    Skont rapporti internazzjonali maħruġa fuq il-ġurnal ‘Daily Mail’, fl-2017 Malta kellha l-inqas rata ta’ esperimenti fuq l-annimali meta kkumparat mal-pajjiżi Ewropej. Dan hekk kif ir-rapport juri li matul l-2017 saru 250 esperimenti fuq l-annimali. L-ogħla rata ta’ esperimenti fuq l-annimali kienet irreġistrata fir-Renju Unit li kellhom 2,574,875, segwit mill-Ġermanja b’2,068,813 u Franza b’1,914,174.

    Ir-rapport juri li l-annimali l-iktar użati kienu l-ġrieden u l-firien u, bħala medja, 2% tal-annimali kollha li ntużaw f’xi esperiment, reġgħu ntużaw mill-ġdid. Fl-UE, hemm regolamenti stretti fis-seħħ għal kemm-il darba annimal jista' jintuża fl-ittestjar fuq l-annimali. Pereżempju, ir-rapport juri li 71% tan-nagħaġ qed jerġgħu jintużaw kif ukoll 44% tal-qtates u 36% tal-klieb.

    Skont l-Att dwar it-trattament xieraq tal-annimali ta’ Malta, l-esperimenti fuq l-annimali jistgħu jsiru biss minn persuni kompetenti awtorizzati, jew taħt ir-responsabbiltà diretta tagħhom, u biss jekk l-esperiment jew il-proġett xjentifiku ieħor konċernat huwa awtorizzat skont id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.

    L-Att jgħid li ma jista’ jsir l-ebda esperiment fuq l-annimali jekk kemm-il darba il-mod kif jista’ jsir l-esperiment ma jkunx determinat minn persuna li għandha kwalifiki li jissodisfaw il-ħtiġijiet meħtieġa f’regolamenti li jistgħu jiu preskritti.

    L-ebda esperiment fuq l-annimali ma jista’ jsir għal skop li jista’ jintlaħaq ukoll permezz ta’ esperiment ieħor li ma jinvolvix annimali jew permezz ta’ esperiment li juża anqas annimali jew permezz ta’ esperimenti li joħloq inqas uġiegħ mill-esperiment konċernat.

    Ma jista’ jsir l-ebda esperiment fuq annimali li ma kienux mrobbija fi stabbiliment ta’ trobbija liċenzjat mmexxi minn persuna li jkollha l-liċenzja jew ma kienux ġew akkwistati direttament minn stabbiliment ieħor liċenzjat fejn l-annimali jitrabbew jew jintużaw esklussivament jew bl-għan ewlieni li jintużaw għall-esperimenti fuq l-annimali jew riċerka xjentifika.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook