Vapur “fantażma” jinkalja mal-kosta Irlandiża

  • Fra 18, 2020 12:14
  • Miktub minn iNews

    Vapur “fantażma” spiċċa biex inkalja mal-kosta Iralndiża ta’ County Cork. Il-vapur abbandunat, inġarr bil-baħar qawwi kkaġunat mill-maltempata Dennis.

    Jidher li l-vapur kien ilu jinġarr għal aktar minn sena u kopra eluf ta’ mili hekk kif qasam l-Oċean Atlantiku.

    Il-vapur ġie identifikat bħala l-Alta, li kien inbena fl-1976 u l-aktar riċenti kien itajjar bandiera tat-Tanzania.

    Il-misteru madwar dan il-vapur beda f’Settembru tal-2018, wara li problemi ħallewh bla provvista tal-elettriku, bl-Alta u l-ekwipaġġ tiegħu jispiċċaw jinġarru mill-kurrent għal 20 jum madwar 1,300 mil ’il bogħod minn Bermuda.

    Bi provvista ta’ ikel għal madwar jumejn biss oħrajn, il-Gwardja tal-Kosta rnexxielhom isibuhom u jipprovdulhom ikel fost provvisti oħrajn.

    Madankollu minħabba l-biża’ ta’ uragan, il-gwardja tal-kosta iddeċidew li jsalvaw lill-10 membri tal-ekwipaġġ u jeħduhom Puerto Rico.

    Kien sena wara, f’Settembru tal-2019, li vapur tar-Royal Navy lemaħ il-vapur f’nofs l-Atlantiku. Il-vapur kompla jinġarr mill-kurrent tal-Atlantiku sakemm fl-aħħar inkalja fl-Irlanda.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook