Dehra ġdida għall-impjegati tal-BOV

  • Fra 18, 2020 12:23
  • Miktub minn iNews

    L-2020 bdiet b’dehra ġdida għall-impjegati tal-Bank of Valletta hekk kif l-uniformi tal-BOV ġiet mibdula.  Għall-ewwel darba f’għoxrin sena, il-Bank telaq mill-kuluri tradizzjonali tiegħu ta’ griż u marun, u minflok għażel taħlita ta’ ikħal, abjad u marun.

    Ix-xahar li għadda l-Bank of Valletta żvela l-uniformi b’dehra ġdida, dehra li tirrifletti istituzzjoni kontemporanja bl-għeruq tagħha fil-wirt Malti. 

    “Wieħed u għoxrin biċċa ta’ ħwejjeġ ġew iddisinjati biex jagħtu lill-istaff tagħna varjetà akbar ta’ stili minn fejn jagħżlu. L-uniformi tagħti dehra aktar professjonali u tippermetti l-element ta’ individwalità u stil personali. Dan joħloq effett interessanti ħafna", qalet Rita Demarco mill-Customer Service Centre tal-BOV, li hija wkoll couturière u konsulenta f’dan il-qasam.

    Elaine Fenech mill-BOV Human Resources qalet: “L-uniformijiet għandhom tendenza li jsiru tedjanti wara ċertu żmien. Aħna ridna xi ħaġa versatili u li tagħti lill-impjegati għażliet u dehriet differenti. Ridna nkunu ċerti li jkolna stil, kwalità u kumdità.”

    “L-uniformi l-ġdida ntgħażlet minn grupp ta’ impjegati, li ħadmu mill-qrib mal-fornitur,” qal Jes Sciberras mill-BOV PR & Marketing. “Il-provi tal-uniformijiet saru qabel l-istadju tal-produzzjoni, u l-Bank sema’ l-opinjonijiet tal-impjegati. Dan irriżulta f’uniformi smart li hija addatata għal kull forma u daqs.”

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook