Sewwieq professjonali tan-NASCAR fil-periklu tal-mewt wara inċident ikrah f'Daytona 500

  • Fra 18, 2020 12:31
  • Miktub minn iNews

    Sewwieq professjonali tat-tiġrijiet tal-karozzi fil-kompetizzjoni NASCAR jinsab fil-periklu tal-mewt wara li l-karozza tiegħu nqalbet waqt tiġrija waqt li kien għaddej b’veloċità ta’ 190 mil fis-siegħa, bil-karozza tinħakem min-nirien kaġun tal-inċident.

    Ryan Newman kien jinsab fl-ewwel pożizzjoni tat-tiġrija Daytona 500 li kienet qed tiżvolġi fi Florida matul il-lejl li għadda meta l-vettura tiegħu ntlaqtet minn wara mill-karozza tas-sewwieq Ryan Blaney, li dak il-ħin kien jinsab fit-tieni pożizzjoni.

    Dan wassal biex Newman jitlef il-kontroll tal-vettura tiegħu, bil-karozza sussegwentament minn karozza oħra li kienet misjuqa minn Corey LaJoie.

    Dan wassal biex il-karozza misjuqa minn Newman tispiċċa titkaxkar fuq is-saqaf tagħha, b’nirien jaħkmuha qabel ma tieqaf fuq it-trakka.

    Newman irċieva l-ewwel għajnuna fuq il-post u ttieħed b’emerġenza l-isptar għall-kura.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook