Tobba Maltin iwissu dwar il-ħtieġa tat-tilqim kontra l-ħosba

  • Fra 18, 2020 15:39
  • Miktub minn iNews

    Tobba Maltin qalu li kumplikazzjonijiet mill-ħosba huma aktar serji milli jirrealizzaw in-nies. F’ġurnal mediku t-tobba wissew li biża’ bla bażi dwar il-vaċċin jaf iwassal għal varjetà ta’ kundizzjonijiet mediċi oħrajn bħall-hepatitis, appendiċitim meningitis virali, u attakki ta’ puplisija.

    Fil-pubblikazzjoni medika, it-tobba fi ħdan l-Isptar Mater Dei saħqu wkoll li waħda mill-kumplikazzjonijiet mediċi taf anke twassal għal ħsara permanenti fis-sistema nervuża tal-bniedem u din taf anke twassal stat veġetattiv.

    Intant ċifri tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) jindikaw li aktar minn 140,000 persuna mietu kaġun tal-ħosba, bil-biċċa l-kbira tal-vittmi jkunu tfal taħt il-ħames snin.

    It-tobba saħqu li “epidemiji b’fatalitajiet qed iseħħu f’pajjiżi Ewropej li preċedentement kienu elimnaw jew waqqfu t-trasmissjoni endemika tal-marda.

    Huma ħeġġew għal sforzi urġenti permezz tal-edukazzjoni u t-tisħiħ tas-sistemi ta’ immunazzjoni nazzjonali biex ikun assigurat t-teħid tat-tilqim kontra l-ħosba.

    It-tobba għamlu referenza għal tliet każi mediċi li ltaqgħu magħhom ta’ persuni infettati bil-ħosba u li kienu dijanjostikati b’kumplikazzjonijiet addizzjonali.

    Huma għamlu referenza għall-każ ta’ raġel li ħa waħda miż-żewġ tilqimiet u li sussegwentement żviluppatlu l-marda hepatitis, mara ta’ 18-il sena li qatt ma tlaqqmet u li ġiet dijanjostikata bl-appendiċite, u raġel ieħor li żviluppatlu l-meninġite virali.

    It-tobba qalu li fit-tliet każi l-pazjenti rkupraw għal kollox.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook