AĠĠORNAT: Il-Parlament jiddiskuti r-riforma fil-proċess tal-għażla tal-Kummissarju tal-Pulizja … BFE jattakka r-riforma

  • Fra 18, 2020 17:58
  • Miktub minn iNews

    Hekk kif il-Parlament illum beda jiddiskuti l-proċess ġdid għall-għażla ta’ Kummissarju tal-Korp tal-Pulizija, il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri qal li dan huwa jum storiku fejn għall-ewwel darba hemm gvern li lest li jneħħi minn idejh id-diskrezzjoni assoluta dwar il-ħatra tal-kummissjoni.

    Camilleri qal li din hija riforma waħda minn sensiela fl-istituzzjonijiet, li gvernijiet preċedenti naqsu li jagħmlu.

    Filwaqt li qal li jeħtieġ li tinbidel il-mentalità, din ir-riforma turi li l-Gvern attwali mhuwiex supperv. “Konxji fejn inqasna, iżda impenjati biex nindirizzaw in-nuqqasijiet.” Fl-istess waqt qal li “m’għadux żmien is-status quo, huwa l-mument li nibdlu.”

    Camilleri qal li l-punt tat-tluq tar-riforma kien dak li qalet il-Kummissjoni ta’ Venezja. Il-Ministru Camilleri tenna li wara diskussjonijiet li l-Gvern kellu mal-istess Kummissjoni, din qablet li l-proposta hija waħda tajba. Saħaq li kienet il-Kummissjoni stess li rrakkomandat li l-proċess ta’ għażla għandu jsir permezz ta’ sejħa pubblika biex ikun hemm trasparenza.

    Camilleri żied jgħid li s-sejħa pubblika se tkun qed issir mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, 

    organu indipendenti li jaqa’ taħt il-kostituzzjoni. Il-Kummissjoni se tkun responsabbli wkoll mill-kriterji rekwiżiti.

    L-applikazzjonijiet jiġu evalwati minn din il-Kummissjoni, u eventwalment jiġu shortlisted żewġ kandidati, li fil-fehma tal-Kummissjoni jkunu l-aktar kongruwi biex jokkupaw il-kariga ta’ Kummissarju tal-Pulizija. Eventwalment il-persuna nominata tidher quddiem il-Kumitat dwar il-Ħatriet Pubbliċi.

    Camilleri emfasizza li fil-proċess tal-għażla tal-Kummissarju l-ġdid, il-Prim ministru mhux se jkun qed jirriserva d-dritt tal-veto dwar il-persuna nominata.

    Tenna li filwaqt li l-Gvern huwa qed inaqqas l-indħil politiku, l-Oppożizzjoni min-naħa l-oħra hija favur li jkun hemm aktar indħil.

    Huwa għamel referenza għall-mod kif l-Oppożizzjoni biddlet il-fehma tagħha xejn inqas minn tliet darbiet dwar il-proċess tal-għażla. Fl-2017 l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet favur li l-Kummissarju jinħatar bi qbil ta’ żewġ terzi tal-Kamra tar-Rappreżentanti. Qal li madankollu fl-2019 l-Oppożizzjoni biddlet fehmitha u qalet li l-għażla għandha ssir minn kumitat ta’ esperti. Madankollu l-Oppożizzjoni reġgħet biddlet il-fehma tagħha biex din is-sena reġgħet saħqet li hija favur li l-Kummissarju jinħatar bi qbil bejn żewġ terzi tal-Kamra.

    “U jekk ma jkunx hemm qbil?” staqsa l-Ministru Camilleri. “ l-aħħar porposta tal-PN hi l-aktar waħda irresponsabbli u ma taħdimx. In-nies iridu soluzzjonijiet u mhux kriżi kostituzzjonali fejn pajjiż jista’ jdum xhur u snin bla kummissarju.”

    Camilleri tenna li l-proċess tal-għażla tal-kummissarju l-ġdid se tkun qed isservi ta’ bażi għal diversi bidliet u riformi oħrajn li jinħtieġ li jsiru.

    Intant fit-tweġiba tiegħu għall-intervent tal-Ministru Camilleri, id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li d-diskors ta’ Camilleri huwa wieħed “surreali”.

    Saħaq li r-riforma qed issir f’kuntest fejn f’seba’ snin ta’ Gvern Laburista kien hemm erba’ Ministri għall-Intern u sitt Kummissarji tal-Pulizija. “Dan huwa ċertifikat tal-falliment tal-Gvern fil-qasam tal-intern,” tenna Fenech Adami, filwaqt li żied jgħid li l-Korp tal-Pulizija huwa maħkum minn kriżi kbira.

    Fenech Adami kompla jattakka lill-Gvern, u qal li dan b’mod intenzjonali ħalla lill-Korp jitkisser.

    Huwa ddeskriva s-sistema attwali bħala tajba, b’nies reponsabbli jokkupaw il-kariga ta’ Kummissarju tal-Pulizija. Huwa għamel referenza għat-tneħħija ta’ John Rizzo minn kummissarju minkejja li kien igawdi rispett kbir.

    B’referenza għar-riforma proposta, Fenech Adami qal li din hija bbażata fuq numru ta’ gidbiet. Tenna li mhuwiex minnu li l-Prim Ministru se jkun qed jirrinunzja għad-dritt tal-veto, minħabba li fl-aħħar mill-aħħar se jkun hu li jagħmel l-għażla tiegħu dwar liema miż-żewġ kandidato shortlisted li għandu jitressaq quddiem il-Parlament għall-grilling.

    Żied jgħid fil-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, il-Gvern għandu l-poter li jinnomina l-maġġoranza tal-membri, bi tliet membri jintgħażlu mill-Gvern, u żewġ membri mill-Oppożizzjoni.

    Fenech Adami għanmel referenza wkoll għall-irregolaritajiet li rriżultaw fit-Taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija. “Ministru, għandek kollass totali,” saħaq Fenech Adami.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook