Żagħżugħ ħati li seraq l-anzjana li ntbagħat jgħin

  • Fra 18, 2020 18:49
  • Miktub minn iNews

    Ħamruniż ta' 20 sena kien ikkundannat 18-il xahar ħabs wara li nstab ħati ta' żewġ serqiet, waħda minn dar ta' anzjana u l-oħra minn dar li tilqa' fiha persuni bla saqaf fuq rashom.

    Deelian Mifsud instab ħati li fl-24 ta' Awwissu 2018 seraq tliet ċrieket mid-dar ta' Carmela Borg, anzjana ta' 78 sena li tgħid Ħ'Attard, fejn intbagħat mill-kumpanija Healthmark bħala 'helper'.

    Iż-żagħżugħ instab ħati wkoll li fis-26 ta' Frar 2019 seraq telefon ċellulari minn Dar Papa Franġisku, li tinsab Birkirkara, b'dannu għal Wayne Chapman.

    Mindu tressaq fil-Qorti mill-Ispettur Christina Delia huwa kien imwaqqaf mix-xogħol bil-Maġistrat Audrey Demicoli tirrimarka fis-sentenza tagħha li huwa baqa' ma tgħallimx mill-iżbalji tal-passat.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook