Simon Busuttil: “Tiela Brussel biex nara li l-UE tkun seqer fuq Malta”

  • Fra 18, 2020 19:26
  • Miktub minn iNews

    L-eks-Kap tal-PN Simon Busuttil żvela fil-Parlament iż-żewġ raġunijiet għala fl-aħħar ta' dan ix-xahar se jispiċċa minn deputat parlamentari f'Malta biex mill-1 ta' Marzu jibda jservi bħala Segretarju Ġenerali tal-Partit tal-Popolari Ewropew.

    Fl-aħħar diskors fil-Parlament huwa qal li aċċetta l-kariga l-ġdida għax ħass li minn hemm ikun f'pożizzjoni aktar b'saħħitha u effettiva biex jibda jgħin lil Malta tnaddaf isimha u biex jara li l-UE żżomm għajnejha “miftuħa seqer” fuq dak li qed jagħmel il-Gvern Malti.

    Busuttil sellem il-memorja ta' Daphne Caruana Galizia u waqt li iddeskriviha bħala “martri” issuġġerixxa li l-Parlament Malti jagħmel bħal dak Ewropew u jsemmi sala għaliha. 

    Fl-istess waqt qal li l-Parlament mhux jaqdi l-funzjoni ewlenija tiegħu għax ħafna deputati tal-Gvern ingħataw kariga u ma jistgħux jitkellmu kontrih u ssuġġerixxa li d-deputati jitħallsu aħjar biex insibu politiċi tajbin u serji. 

    Busuttil staqsa kif il-media tista' tkun indipendenti meta nqatlet Caruana Galizia u sostna li llum ħafna mill-media favur il-Gvern waqt li l-media tal-partit jisqu l-velenu lill-poplu u dik soċjali mimlija mibgħeda li qed jherru s-soċjeta. 

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook