€800,000 għall-għaqdiet volontarji għal proġetti fil-komunità

  • Fra 18, 2020 20:00
  • Miktub minn iNews

    Wieħed u sittin għaqda volontarja se jibbenefikaw minn total ta’ €800,000 biex iwettqu proġetti differenti fil-komunità. Fost l-għaqdiet volontarji li kkwalifikaw għall-proġetti hemm numru ta’ soċjetajiet mużikali, għaqdiet sportivi, għaqdiet li jaħdmu fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u ta’ persuni b’diżabilità, għaqdiet kulturali, organizzazzjonijiet li jaħdmu fil-qasam tal-ewwel għajnuna u għaqdiet li jqajmu kuxjenza dwar mard u kundizzjonijiet mediċi. 

    F’ċeremonja mtellgħa mill-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju li matulha tqassmu l-grant agreements, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima faħħar lill-għaqdiet volontarji għall-ħidma importanti li jwettqu biex itejbu l-ħajja tan-nies.

    “Dawn l-inizjattivi ilhom għal dawn l-aħħar snin isostnu proġetti fil-komunità mwettqa minn għaqdiet volontarji li jaħdmu fid-diversi oqsma tas-settur. Dawn l-iskemi llum saru parti minn kullana ta’ inizjattivi li s-settur ikun qed jistenna ta’ kull sena, skemi li jgħinu fit-twettiq ta’ proġetti li dawn l-għaqdiet ikollom fi ħsiebhom iżda li mingħajr din l-għajnuna ma jkunux jistgħu jwettqu”, saħaq is-Segretarju Parlamentari Grima.

    Fost dawn il-proġetti li jaqgħu taħt l-iskema tal-Voluntary Organisations Project Scheme (VOPs) u s-Small Initiatives Scheme (SIS) hemm programmi ta’ riċerka, proġetti infrastrutturali u diversi proġetti oħra għas-soċjetà.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook